Barranin
Liema minn dawn mhix mudella tad-demm u l-laħam?

Tieħu l-istessi, tikteb fuq is-siti soċjali u timmudella għal ditti tal-moda rinomati.  Imma hija mudella virtwali jew robot li għalkemm mhix tad-demm u l-laħam għandha eluf ta’ segwaċi.

Qed tisraq l-attenzjoni minħabba li hija mudella differenti mill-oħrajn għax taħdem bi programm tal-kompjuter li tant sar b’perfezzjoni li tista’ tagħmel ħafna affarijiet bħall-mudelli ta’ veru.

Jekk tipprova taqta’ liema hija l-mudella virtwali u liema huma l-mudelli ta’ veru ftit li xejn tinduna jekk ma tkunx taf min hi Imma.  Minn dan ir-ritratt id-differenza nfatti ftit li xejn tidher.

Imma għandha xagħarha roża u diġà għamlet photoshoot maż-żewġ mudelli l-oħra biex tirriklama ditta tal-irtokk.  Jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin hekk, jista’ jkun li r-robots li jibdew jieħdu x-xogħol tal-mudelli veri.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

F’Richmond l-Istati Uniti, mara ħalliet fit-testment tagħha li meta tmut il-kelba tagħha trid tindifen magħha. Il-każ tal-kelba Shih Tzu Emma qajjem polemika kbira tant li l-għaqdiet favur il-ħarsien tal-annimali ppruvaw…

Barranin

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi għamel rebħa impressjonanti fl-elezzjoni ġenerali fl-Indja b’iktar minn 340 siġġu mirbuħ f’Parlament ta’ 543 siġġu. Il-Partit tal-Kungress immexxi minn Rahul Ghandi kiseb biss 87 siġġu….

Barranin

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità. Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas…

Lifestyle

Is-sit Nameberry ħareġ l-aktar ismijiet popolari fl-Amerika fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena. Skont dan is-sit l-aktar isem popolari għall-bniet fl-Amerika huwa Posie. It-tieni l-aktar isem popolari għall-bniet huwa Isla….

Aktar