Kurżitajiet
Lil min jixtiequ jkantalhom għat-tieġ Harry u Meghan?

Il-ħolma tal-Prinċep Harry u l-għarusa tiegħu Meghan Markle hija li għat-tieġ ikollhom lil Ed Sheeran ikantalhom.  Il-koppja tixtieq li tiftaħ iż-żfin bil-kanzunetta ‘Perfect’ jew ‘Thinking Out Loud’ nhar id-19 ta’ Mejju.

Skont il-US Weekly, Harry u Meghan talbu personalment lil Ed Sheeran biex ikantalhom għat-tieġ tagħhom.  Il-kantant huwa ħabib mal-Prinċipessa Beatrice li għenet lil Harry jsir jaf lil Ed Sheeran.

Il-kant-awtur kemm-il darba ġie mistoqsi jekk ikantalhomx għat-tieġ jekk jistaqsuh u huwa dejjem wieħed “iva”.  Għaldaqstant mistenni l-konferma uffiċjali.

Interessanti li fit-tieġ ta’ ħu Harry, il-Prinċep William u Kate kien hemm mistiedna tkanta Ellie Goulding, ex tfajla ta’ Ed Sheeran, li kienet kantat ‘Your Song’ biex jinfetaħ iż-żfin mill-koppja rjali.

Ta’ spiss intqal li fit-tieġ ta’ Harry jista’ jkun hemm Elton John, li jqis lil Harry u William bħala ulied adottivi minħabba r-rabta li kellu ma’ ommhom Diana.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tħabbret il-mewt ta’ Stan Lee, ko-kreatur tal-Marvel Comics, fl-età ta’ 95 sena. Stan Lee hu l-kittieb u editur li kien wieħed mill-imħuħ wara karattri ta’ Marvel Comics bħal Spider-Man u X-Men. Lee,…

Barranin

L-iskart ta’ wieħed huwa t-teżor ta’ ieħor. Hekk jiddeskrivi l-karriera tiegħu Artur Brazhe, disinjatur tal-moda favur l-ambjent. Brazhe huwa minn Kursk u ilu jiddisinja ħwejjeġ minn affarijiet riċiklabbli għal dawn…

Awstralja

Fl-Awstralja, qorti semgħet li mara li kienet akkużata li poġġiet labar tal-ħjata fil-frawli, għamlet dan minħabba li kienet motivata minn dispett. Ut Trinh, ta’ 50 sena kienet arrestata l-Ħadd wara…

Kurżitajiet

Ħaddiema ta’ kumpanija Belġjana tal-metall dalgħodu sabu sorpriża wara tmiem il-ġimgħa hekk kif skoprew li kellhom bonus ta’ €30,000 fil-kont bankarju tagħhom. Filwaqt li wħud issuspettaw li l-flus spiċċaw għandhom…

Aktar