Kurżitajiet
Linja tal-ajru tħalli lill-air hostesses jilbsu slippers flok żraben bit-takkuna

Il-linja tal-ajru Ukrena, SkyUp Airlines, se tippermetti lill-air hostesses jilbsu slippers flok żraben bit-takkuna.

SkyUp Airlnes hija linja tal-ajru low cost żgħira madankollu hija waħda mill-ikbar li joperaw fil-pajjiż.

Daria Solomennaya, air hostess ta’ 27sena, qalet li meta tagħmel 12-il siegħa fuq saqajk fuq żarbun bit-takkuna ma tkunx tiflaħ timxi.

L-air hostesses ta’ din il-linja tal-ajru xebgħu wkoll jilbsu dbielet issikkati u jinsistu li mhux komdi biex jaħdmu fihom.

SkyUp Airlines mhix l-ewwel linja tal-ajru li se tkun qed tibdel l-uniformi tal-impjegati tagħha.

Virgin Atlantic kienet ippermettiet lill-air hostesses ma jilbsux make-up, il-Japan Airlines tat lill-impjegati tagħha l-għażla li wkoll ma jilbsux żraben bit-takkuna u dbielet issikkati waqt li n-Norwegian Air ukoll ippermettiet żraben ċatti u neħħiet l-obbligu tal-make-up.