Linji gwida biex tagħmel ġnien fuq il-bejt

L-awtorità għall-kompetizzjoni u l-affarijiet tal-konsumatur qed tħejji linji gwida dwar l-hekk imsejħa ‘green roofs’ li fihom jitwaħlu pjanti fuq il-bjut. Sal-lum l-uniku ‘green roof’ f’Malta, l-uniku ‘roof garden’ magħmul professjonaliment jinsab fl-Università ta’ Malta.

Sa April tas-sena id-dieħla mistenni jkunu lesti l-linji gwida dwar kif għandu jinbena ‘green roof’. Il-linji gwida qed isiru bħala parti minn proġett ko-finanzjat minn fondi Ewropej imsejjaħ ‘Lifemed Green Roof’. Dawn se jkunu qed jitħejjew minn kumitat tekniku li se jitwaqqaf mill-awtorità għall-kompetizzjoni u l-affarijiet tal-konsumatur.

“L-għan hu li ir-rizultati li ħerġin jinġabru fi gwida biex kull min ikun interessat ikollu linji gwida ta’ eżempju xi pjanti juża biex jirnexxu fuq bjut, il-kompost li għandu jintuża,” qal Francis Farrugia mill-MCCAA.

Fl-isfond tal-Green Roof fuq il-bejt tal-Fakultà għall-Ambjent mibni fl-Università, l-Inġinier Farruġia qal li dan il-kunċett mhux biss biex isebbaħ l-ambjent iżda biex jonqos il-konsum tal-enerġija.

“Minflok għandek konkos jew qatran ta’ water proof membrane għandek xi ħaġa hajja ta’ pjanti fejn għandek żona ta’ rilassament biex il-bini ikun aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Peress li joffri ċertu insulation, is-sħana tax-xemx ma tidħolx fil-bini u l-istess fix-xitwa,” spjega l-Inġinier Farrugia.

Il-Ministru għall-affarijiet tal-konsumatur Helena Dalli qalet li bil-linji gwida se jgħinu lill-konsumatur jagħmlu l-aħjar għażliet meta jiġu biex jiddeċiedu jagħmlu ġnien fuq il-bejt tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Wara li tqanqlu bosta oġġezzjonijiet għall-ftehim propost dwar il-kuntratt ta’ ċens ta 99 sena mal-grupp Corinthia, jidher li sar progress fuq xi bidliet fil-kuntratt li permezz tiegħu l-Corinthia ser tkun…

Kumpaniji

Toly Products hi l-eqdem fabbrika fil-qasam industrijali ta’ Bulebel, mnejn ilha topera kważi ħamsin sena. Minn bidu modest b’erbgħin impjegat matul is-snin, il-fabbrika kompliet tikber u llum timpjega 400 ħaddiem,…

Kronaka

Żewġ persuni jinsabu bi ġrieħi ta’ natura gravi wara li faqqa’ argument bejn 7 persuni fi Triq Villabate, f’Ħaż-Żabbar. L-argument seħħ għall-ħabta tal-16:00 meta mara ta’ 26 sena residenti f’Bormla…

Aktar