Edukazzjoni
Linji gwida għall-basktijiet tal-iskola eħfef

Direttur fi ħdan id-direttorat għas-servizzi edukattivi Raymond Camilleri qal li wara lmenti mill-istudenti u studju li sar mill-assoċjazzjoni tal-fiżjoterapisti li sab li l-maġġoranza tat-tfal iġorru basktijiet itqal milli suppost, tfasslu linji gwida biex bl-isforz ta’ kulħadd din il-problema tiġi solvuta.

F’mistoqsija Parlamentari li ngħatat fl-2018, kien intqal li ċirkulari li inbagħtet mid-direttorat kienet tat linji gwida b’sensiela ta’ pariri kif il-problema tista’ tiġi indirizzata.

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni Frank Fabri qal li l-linji gwida jipproponi diversi miżuri kif il-piż tal-basktijeit jista’ jonqos fosthom bl-użu tal-lockers u billi l-istudenti jkunu nfurmati b’kotba li se jkollhom bżonn iġorru magħhom.

“Wara April, se jiġi vvalutat il-feedback li daħal u jekk hemm bżonn tibdil, dawn jiġu aġġornati u f’Settembru kampanja biex il-miżuri jidħlu fis-seħħ.”

Id-direttur Raymond Camilleri qal li hemm il-ħsieb li flok kotba it-tfal jibda jkollhom kotba elettroniċi fit-tablet stess biex b’hekk ma jibqgħux iġorru kotba magħhom.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li din il-problema li ilha magħna mill-inqas għal dawn l-aħħar għoxrin sena. Qal li l-ġenituri qed jintalbu biex jevitaw kaxex tal-ikel kbar u jiċċekjaw it-timetable tal-lezzjonijiet biex t-tfal ma jieħdux affarijiet żejda fil-basktijiet tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar