Edukazzjoni
Linji gwida għall-għalliema bi preparazzjoni għall-ftuħ tal-iskejjel f’Settembru

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li jiftaħ l-iskejjel fit-28 ta’ Settembru, ipprepara lill-għalliema u lse’s fil-livelli kollha, u f’kull suġġett f’każ li minħabba Covid-19 l-iskejjel jadattaw għal xenarji differenti. Skont il-linji gwida l-iskejjel qed jiġu ppreżentati b’xenarji differenti, fosthom li l-istudenti ma jattendux l-iskola kuljum biex ikun hemm distanza soċjali jew li jekk f’każ estrem ma tinfetaħx, it-tagħlim isir online.

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida tal-kurrikulu għal kull sena edukattiva, mil-livell tal-kindergarten, sal-livell sekondarju, bl-għalliema u lse’s ġew ippreżentati dwar kif għandhom jimxu skont ix-xenarji differenti li jistgħu jinħolqu minħabba l-pandemija. Il-linji gwida jistipulaw b’mod ċar kif għandhom jgħallmu l-għalliema u lse’s kemm f’każ li l-iskola se tiftaħ b’mod normali fit-28 ta’ Settembru, jew inkella tiftaħ b’sistema ta’ roster fejn student ma jattendix l-iskola kuljum biex fl-iskola tkun tista’ tinżamm id-distanza soċjali. F’xenarju estrem, jekk is-sitwazzjoni tal-covid 19 teskala, l-għalliema u lse’s ġew ippreżentati bi gwidi ċari biex jgħallmu online bil-possibilita’ mbagħad li l-iskola tiftaħ f’Jannar 2021.

TVM staqsa lill-Ministru tal-edukazzjoni dwar x’se jiġri fis-sena skolastika ta’ din is-sena.

“Aħna impenjati biex fit-28 ta’ settembru tiftaħ l-iskola, ilna għaddejjin minn April li għadda b’xogħol fuq linji gwida u ġew distribwiti lill-għalliema kollha, imma aħna bl-intenzjoni li niftħu f’Settembru li ġej”.

Il-Minsitri ġie mistoqsi x’jiġri jekk il-unions tal-għalliema ma jkunux iridu li l-iskejjel jinfetħu.

“S’issa to be fair il-unions qed jitkellmu fuq il-linji gwida fejn tidħol is-saħħa tat-tfal u jien ikkommettejt li niltaqgħu kif għamilna biex ftaħna istituzzjonijiet edukattivi oħra”.

Fil-linji gwida l-għalliema u lse’s qed jiġu mħeġġa biex għall-ewwel lezzjonijiet, l-istudenti jingħataw ċans jitkellmu dwar dak li mhux qed jifhmu mis-sena skolastika qabel minħabba l-egħluq tal-iskola sa minn Marzu li għadda. Qed jiġi wkoll suġġerit li jekk l-għalliema jinnutaw li l-istudenti għadhom lura fis-suġġett minħabba li tilfu ħafna tagħlim kawża tal-pandemija, għal din is-sena skolastika biss, l-għalliema jistgħu jsegwu s-suġġerimenti ta’ tnaqqis mis-sillabi kif indikat mid-dipartiment.

Tista’ taċċessa d-dokumenti minn hawn.

Aħbarijiet Oħra

Studju maħruġ minn diversi esperti Maltin fil-qasam tas-saħħa fosthom il-Professur Charmaine Gauci, jgħid li Malta qed tesperjenza t-tieni mewġa ta’ Covid-19 kawża ta’ żewġ avvenimenti tal-massa li saru fis-sajf. Fl-istudju…

Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, permezz tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, bħalissa għaddej b’sejħa ta’ reklutaġġ ghal Compliance Officers ġodda, dan bil-għan li d-Dipartiment isaħħaħ l-infurzar sabiex dejjem aktar nassiguraw li…

Ħamsin sena ilu Villa Bighi ntużat għall-aħħar darba bħala sptar, wara 167 sena ta’ servizz kontinwu. Wirja permanenti fiċ-ċentru interattiv għax-xjenza l-Esplora tikkomemora l-perjodu meta l-binja kienet isservi bħala l-isptar…

Aktar