Brexit
Linji gwida għall-gvernijiet u n-negozji biex jippreparaw għal Brexit

Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, Celine Gauer temmet f’Malta sensiela ta’ laqgħat fis-27 stat membru dwar il-Brexit, hekk kif il-Brexit suppost iseħħ disat ijiem oħra.

F’Malta hija kellha taħdidiet fost oħrajn mal-Ministru għall-Affarijiet Ewropej, Helena Dalli dwar il-linji gwida għall-gvernijiet u n-negozji biex ikunu preparati għal ħruġ tar-Renju Unit mingħajr ftehim.

Lejliet is-summit tal-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru Ingliż, Theresa May qalet li l-aħjar triq għar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea hija li Brexit jiġi estiż sat-30 ta’ Ġunju biex ikun jista’ jsir bi ftehim.

Hija kitbet lill-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk biex il-ħruġ tar-Renju Unit jiġi pospost mid-29 ta’ Marzu għat-30 ta’ Ġunju.

Fl-ittra, May qalet li huwa fl-interess taż-żewġ naħat li l-ħruġ iseħħ sa dakinhar biex jiġi evitat li r-Renju Unit jieħu sehem fl-elezzjonijiet Ewropej li ser isiru f’Mejju. Qalet li jekk l-estensjoni tkun fit-tul din ikollha konsegwenzi negattivi għar-Renju Unit.

Il-Prim Ministru May ġġustifikat l-estensjoni li qed titlob, li dwarha jrid ikun hemm qbil mill-membri kollha tal-UE biex ikun jista’ jintlaħaq ftehim.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Jeremy Corbyn qal li Theresa May ma għandhiex pjan għal Brexit u għalhekk għada huwa ser ikollu laqgħat mal-mexxejja Ewropej fi Brussell.

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, qal li estensjoni tingħata biss jekk il-Parlament Ingliż japprova l-ftehim dwar Brexit.

Tusk qal li jinsab fiduċjuż li l-mexxejja Ewropej ser jaċċettaw ir-rakomandazzjonijiet tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar