Enerġija
AĠĠORNAT: Liquigas u Easygas ma jaqblux fuq il-prezz tal-gass

Liquigas Malta qalet li se titlob kjarifiki uffiċjali mingħand il-Ministru għall-Enerġija f’laqgħa li mistennija ssir għada.

Il-kumpanija Liguigas qalet li ma ġietx ikkonsultata qabel ma llum ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) ħabbar traħħis fil-prezz tal-gass. Qalet li sadanittant, Liquigas ser iżżomm l-istess prezz ta’ €16 għall-gass f’ċilindru ta’ 12kg.

Ftit wara, il-kumpanija Easygas ikkonfermat li minn għada ċ-ċilindri ta’ 12kg ser jorħsu minn €16 euro għal €15.  Qalet li ċ-ċilindru ta’ 15kg ser jorħos ukoll minn €20 għal €18.75.

Żiedet li dan ir-roħs sar wara ftehim mal-awtorità kif ukoll mal-Gvern, minkejja ftehim preċedenti li kien hemm bejn iż-żewġ partijiet biex il-prezz jinżamm fiss għal sena. Sostniet li tifhem is-sitwazzjoni preżenti tal-pajjiż hu li kienet minnufih lesta tilqa’ t-talba tal-Gvern u r-REWS biex traħħas il-prezz tal-gass.

Ara wkoll:

Tibdil fil-prezzijiet taċ-ċilindri tal-LPG