Barranin
ll-Membri Parlamentari Ingliżi jivvotaw favur fl-ewwel stadju ta’ votazzjoni

ll-Membri Parlamentari Ingliżi vvutaw favur fl-ewwel stadju ta’ votazzjoni f’abbozz ta’ liġi li permezz tiegħu ser tkun eliminata l-possibilità ta’ Brexit mingħajr ftehim.

F’dawn il-ħinijiet qed nistennew l-eżitu tal-vot finali fuq l-abbozz sħiħ.

Fl-ewwel votazzjoni sagħtejn ilu, il-Membri tal-Oppożizzjoni u deputati ribelli mill-Partit Konservattiv assiguraw li t-tieni qari tal-abbozz jgħaddi b’329 vot favur u 300 kontra.

Effetivament, jekk l-Oppożizzjoni tirbaħ il-vot aħħari, dan mistenni jisforza lill-Prim Ministru Boris Johnson biex biex jitlob estensjoni oħra jekk ma jintlaħaqx ftehim mal-Unjoni Ewropea sad-19 t’Ottubru li ġej.

Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, aktar kmieni llum, il-Prim Ministru Johnson sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn biex jivvota favur li l-pajjiż imur għal elezzjoni bikrija.

Corbyn sostna li mhux lest jivvota favur elezzjoni bikrija sakemm ma tkunx eliminata għal kollox il-possibilità ta’ Brexit bla Ftehim. Biex it-talba ta’ Johnson li r-Renju Unit jivvota f’Ottubru, jeħtieġ l-appoġġ ta’ żewġ terzi tal-membri parlamentari.

Peress li l-Partit Laburista għadu mhux qed jaqbel, Johnson sejjaħ lil Corbyn beżżiegħ u akkużah li qed jittrateni biex jieħu pożizzjoni dwar id-destin tal-Brexit.

Il-Prim Ministru Johnson, ilbieraħ tilef il-maġġoranza fil-House of Commons wara li deputat minn tiegħu qasam il-kamra. Filwaqt li aktar tard 21 deputat tkeċċew mill-Partit Konservattiv minħabba li ma appoġġjawx lill-Gvern.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fl-Awstralja li kien instab ħati li qatel pulizija u nżamm 19-il sena arrestat intortament ingħata kumpens ta’ A$ 7 miljun, ekwivalenti għal kważi €4.4 miljun. Fl-1995 David Eastman kien…

Barranin

Sentenzi ta’ ħabs li jvarjaw bejn id-disgħa u tlettax-il sena għal disa’ mexxejja separatisti Katalani. Is-sentenzi ngħataw mill-Qorti Suprema Spanjola wara li d-disgħa li huma nstabu ħatja li kkonfoffaw u…

Barranin

Il-militanti Kurdi laħqu ftehim mal-armata Sirjana, li għandha tgħinhom jiġġieldu kontra l-qawwiet militari tat-Turkija fit-Tramuntana tas-Sirja. L-aħbar ingħatat mill-istazzjon nazzjonali Sirjan, u kienet ikkonfermata mill-Kurdi. Kien irrappurtat li truppi tal-Gvern…

Barranin

Fil-Polonja, il-partit li kien jinsab fil-gvern, dak tal-liġi u l-ġustizzja, il-Pis iddikjara rebħa fl-elezzjonijiet ġenerali ta’ nhar il-Ħadd. Stħarriġ tal-opinjoni pubblika wera li l-partit konservattiv Nazzjonalista kiseb 43.6 fil-mija tal-voti,…

Aktar