Barranin
ll-WHO tgħid li l-varjant Indjan huwa ta’ tħassib globali

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ikklassifikat il-varjant tal-Covid li nstab is-sena l-oħra fl-Indja bħala tħassib globali.

Studji preliminari wrew li l-mutazzjoni tal-varjant, imsejjaħ bħala B.1.617, jinfirex iktar malajr minn varjanti oħra. Sadanittant, mistennija jsiru aktar studji xjentifiċi dwar dan il-varjant.

Il-WHO tistqarr li l-varjant Indjan diġà nfirex f’aktar minn 30 pajjiż. Tliet varjanti oħra li ħarġu mir-Renju Unit, mill-Afrika t’Isfel u mill-Brażil ġew iddikjarati wkoll bħala tħassib globali.

Ix-xjentisti qed jistudjaw il-varjant Indjan sabiex jistabilixxu jekk huwiex responsabbli għall-mewġa t’imwiet li qed isseħħ fl-Indja.