Infrastruttura
Illejla evita dawn it-toroq qrib l-ajruport

Infrastructure Malta ħabbret li llejla se jkun qed isir xogħol biex tittella fuq il-post gverta ta’ 34 metru tal-pont ġdid għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u l-Gudja.

Qalet li bejn it-8 ta’ filgħaxija u l-5 ta’ filgħodu, se tkun magħluqa Vjal l-Avjazzjoni, it-triq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-mini ta’ Ħal Kirkop.

Bejn it-8 u d-9 ta’ filgħaxija se tkun magħluqa wkoll Triq Ħal Far, bejn Ħal Far u l-Gudja, sakemm l-istruttura se tkun qed tinġarr lejn il-post.

Infrastructure Malta appellat lis-sewwieqa biex isegwu t-tabelli għal rotot alternattivi fl-inħawi, fosthom Triq tal-Barrani, Triq il-Gudja, u Dawret il-Gudja. Wieħed għandu wkoll jaħseb kmieni jekk se jaqbad xi titjira.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Is-soltu, tard filgħaxija nhar il-Ġimgħa l-Kbira, diversi purċissjonijiet ikunu bdew deħlin lura fil-Knejjes wara li jterrqu fil-qalba tal-bliet u l-irħula. Din is-sena, iżda it-toroq battala. Minflok, saret biss Via Crucis …

COVID-19

Fl-aħħar snin, fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, kienet issir il-mixja għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li tħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li qed iżid mal-piż li…

Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Aktar