Kurżitajiet
Loch Ness jaf kien murina kbira

Il-mostru leġġendarju Skoċċiż, il-Loch Ness, jaf kien murina kbira.

Dan qed jgħiduh riċerkaturi minn New Zealand wara li saru studji intensivi fuq id-DNA miġbura mill-ilma.

Skont l-esperti, mhemm l-ebda evidenza li turi li kien hemm xi dinosawr tat-tip Plesiosaur jew ħuta kbira tgħix fl-ilma.

Mill-evidenza miġbura, jidher li fix-xmara mal-annimali marittmi oħrajn jgħixu ħafna murini, li skont ix-xjentisti, huwa l-annimal li jista’ jqarreb l-aktar lejn il-mostru leġġendarju.

Fl-ilma nstabet id-DNA tal-bniedem, tal-klieb, iċ-ċriev, l-għasafar u fniek fost oħrajn.

 

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

Illum waranofsinhar Eliana kellha t-tieni prova fuq il-palk.. Ara ftit dan il-filmat tagħha eżatt qabel telgħet tkanta. Filmati uffiċjali ta’ tieni prova dalwaqt.

Immigrazzjoni

Minn ġenerazzjoni għall-oħra, l-intimidazzjoni razzjali bħal donnha baqgħet magħna. Fil-fatt, sal-ġurnata tal-lum, mhux l-ewwel darba li tisma’ xi immigrant jew kwalunkwe barrani ieħor joħodha qatta’ bla ħabel kontra dawk l-individwi…

Saħħa

Kemm-il darba smajna li għandna norqdu bejn seba’ u disa’ sigħat kuljum. Xbajna nisimgħuha. Madanakollu, tidħol minn widna u toħroġ mill-oħra, hekk kif ħafna drabi nispiċċaw ma nagħtux biżżejjed importanza…

Ikel

Daqsxejn bigilla tajba ma’ xi kisra ħobż friska li tkun għadha ħierġa mill-forn, min ma taqagħlux żaqqu għaliha? Sempliċi għall-aħħar. Ma tridx xi għerf ta’ barra minn hawn biex tagħmilha….

Aktar