Kurżitajiet
Lockdown fi Spanja: Ħareġ jarmi ż-żibel liebes ta’ dinosawru

Il-Pulizija ta’ Murcia tfixklu xi ftit meta, fuq ronda biex jaċċertaw li kulħadd qed jobdi r-regoli tal-lockdown, lemħu xena mhux tas-soltu; raġel qed jarmi ż-żibel liebes kostum ta’ dinosawru.

Ix-xena nqabdet b’filmat li qed jinxtered fuq il-midja soċjali.

Għadu mhux ċert għaliex ir-raġel iddeċieda jilbes il-kostum; hux bħala prekawzjoni kontra l-coronavirus jew biex jiġbed xi ftit ta’ attenzjoni.

Qed jiġi rrapurtat li r-raġel ma ġiex arrestat iżda ġie mwissi biex jingħalaq ġewwa.

Minkejja li s-sitwazzjoni mhix waħda feliċi, ir-raġel irnexxielu jqanqal tbissima lil bosta.

Spanja tinsab taħt lockdown hekk kif in-numri tal-infettati bil-Covid-19 tela’ għal aktar minn 17,000.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

F’dawn il-jiem, il-midja soċjali saru miżgħuda b’għadd ta’ filmati, tpinġijiet, u ritratti ta’ kull xorta, bil-għan li fost l-oħrajn dak li jkun iqanqal xi ftit tal-ottimiżmu fid-dawl tal-Covid-19, li kull…

Televiżjoni u Radju

Fl-isfond tal-jiem straordinarji li qed ngħixu, kawża tal-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna wkoll, il-poplu Malti u Għawdxi mħeġġeġ jibqa’ d-dar u ma joħroġx għal xejn b’xejn, bil-għan li t-tixrid tal-virus jonqos kemm…

Televiżjoni u Radju

Kull bidu għandu tmiem. Il-programm ‘X’sar minnhom’, li minn Ottubru ‘l hawn laqqa’ lit-telespettaturi ta’ Television Malta ma’ għadd ta’ personalitajiet Maltin li f’dawn l-aħħar snin tbiegħdu xi ftit jew…

Kurżitajiet

Bit-tfal bla skola u l-ħin kollu d-dar, ħafna ġenituri qed jippruvaw ikunu kreattivi kemm jistgħu biex iżommuhom impenjati waqt li l-għalliema mhux biss qed jagħtuhom lezzjonijiet virtwali iżda joħolqu ftit…

Aktar