COVID-19
Persuni vulnerabbli u li jgħixu magħhom mitluba jibqgħu d-dar

Min nhar is-Sibt illi ġej persuni vulnerabbli, anzjani ‘l fuq mill-65 sena, flimkien ma’ dawk li jgħixu magħhom huma ordnati ma joħorġux mid-dar għall-protezzjoni tagħhom stess. F’konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne stqarr li din il-miżura qed issir fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika tar-rata tal-infezzjonijiet u l-mudelli matematiċi ta’ kif qed tinfirex l-epidemija, b’nofs il-każ issa huma tifrix tal-virus fil-komunità.

Huwa qal li l-miżuri l-ħodda ser ikunu affettwati 118,000 persuna u l-individwi taħt il-65 sena li għandhom kundizzjoni medika ser jiġu infurmati individwalment b’ittra mit-tabib ewlieni tal-Gvern. Dr Fearne qal li dan jgħodd ukoll għal qraba li jgħixu magħhom.

“Hemm żewġ kategoriji dawk li diġà jgħixu magħhom jiġifieri jekk inti, tgħix ma’ persuna vulnerabbli għandek żewġ options jew illi mil-lum sas-Sibt issib residenza alternattiva sabiex tkun tista’ toħroġ u tidħol jew jekk inti se tkun qed tgħix fl-istess dar ma persuni vulnerabbli trid tibqa’ magħha iva”.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jindirizza konferenza stampa

Deputy Prime Minister and Minister for Health Chris Fearne addresses a press conference

Gepostet von Television Malta am Donnerstag, 26. März 2020

Il-Ministru Fearne qal li persuni oħra li jmorru kuljum biex jieħdu ħsieb persuna vulnerabbli għandhom ukoll isegwu l-istess ordni.

Fost il-persuni li ma jistgħux joħorġu mid-dar hemm persuni b’mard kroniku fosthom li jbatu bid-dijabete u jinsabu fuq l-insulina, dawk li kienu fuq il-kimoterapija fl-aħħar sitt xhur, persuni li kellhom xi tip ta’ trapjant, nisa tqal, pazjenti bl-HIV u dawk li jieħdu steroids orali, pazjenti tal-heart failure clinic, persuni fuq dialysis, dawk li għandhom mard respiratorju u li fl-aħħar sena daħlu għall-kura fl-Isptar u persuni li kellhom bżonn intervent kirurġiku fl-aħħar sitt xhur. Dr Fearne qal li dawn jistgħu joħorġu biss għal appuntamenti mediċi. Madankollu qal li m’hemmx penali għal min jikser din l-ordni li insista li qed prinċipalment fl-interess tagħhom stess.

Il-Ministru Fearne qal li ħaddiema li jgħixu ma’ dawn il-persuni u jridu jibqgħu magħhom ser jingħata l-leave tal-kwarantina.

Mistoqsi minn Television Malta jekk dan hux se jtellef is-settur tal-agrikoltura f’Malta fejn hemm jaħdmu bosta anzjani, Dr Fearne m’eskludiex li ċertu setturi jiġu eżenti mil-lockdown.

“Jista’ jkun li jkun hemm xi sezzjonijiet inti semmgħejt eżempju wieħed, izda hemm oħrajn li s-Supretedent tas-Saħħa pubblika tkun tista’ toħroġ eżenzjoni individwali jew b’kategorija sħiħa”.

Dr Fearne ħabbar ukoll li s-Supredendent tas-Saħħa ser tiddelega s-setgħa lill-Pulizija biex ma ijħallux grupp ta’ aktar minn ħames persuni f’post wieħed bħala miżura oħra biex tinżamm id-distanza soċjali. Qal li l-persuni jridu joqogħdu f’distanza ta’ żewġ metri minn xulxin.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Ippjanar u bini

Grupp ta’ residenti ta’ Pembroke, bl-appoġġ tal-Kunsilli Lokali ta’ Pembroke, San Ġiljan u Swieqi u ta’ għaxar għaqdiet, tennew l-oppożizzjoni tagħhom għall-proġett tal-Grupp DB flok l-Istitut tal-Istudji turistiċi, u ħeġġew…

Lokali

Il-proġett Blossom se jkun qed jitrasferixxi s-servizzi tal-counselling online sabiex jassigura li l-istudenti vulnerabbli jingħataw l-għajnuna kollha li għandhom bżonn waqt li qed jiffaċċjaw id-diffikultajiet tal-ħajja fl-isfond tal-pandemija tal-coronavirus li fost…

COVID-19

Is-Supertendent għas-Saħħa, Charmaine Gauci, se tindirizza konferenza stampa fin-12:30 dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19 f’Malta. Il-konferenza se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

Aktar