Lokali
Logħba dwar il-ħidma tad-Dwana għas-sigurtà tal-pajjiż

Fl-1968 bdiet titħaddem l-Unjoni Doganali tal-Unjoni Ewropea li biha spiċċaw it-tariffi u d-dazji għall-kummerċ ta’ merkanzija. Dan l-iżvilupp witta t-triq biex l-Unjoni Ewropea ssir l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja fejn it-28 dwana tal-Unjoni fosthom id-Dwana ta’ Malta jaġixxu daqslikieku huma entità waħda.

Fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju fil-Belt saru bosta attivitajiet maħsuba li jqarbu d-Dwana u l-pubbliku filwaqt li fil-Parlament saret konferenza u tnieda ktieb fuq il-ħidma tad-Dwana.

Inħolqot ukoll logħba fuq il-mobile biex wieħed jifhem l-importanza kbira li għandha d-Dwana għas-sigurtà tal-pajjiż fosthom fil-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu.

Il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet ix-xogħol tad-dwana ta’ Malta tant li kemm il-pubblikazzjoni u l-logħba ser jinqalbu bil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-konferenza nżammet fil-kamra tar-rappreżentanti bil-għan li tingħata rikonoxximent għax-xogħol li d-Dwana twettaq 24 siegħa kuljum biex tħares il-fruntieri u tassigura li fil-pajjiż jitħallew jidħlu biss oġġetti skont il-liġi.

Id-Direttur Ġenerali tad-Dwana Joseph Chetcuti qal li fl-aħħar snin id-Dwana saħħet ix-xogħol tagħha b’aktar tagħmir speċjalizzat fosthom scanners u anke sezzjoni tal-klieb li qed jgħinu biex jinqabdu sustanzi illegali jew tabakk.

Is-Sur Chetcuti qal li din is-sena d-Dwana Maltija kkonfiskat 48 miljun oġġett u aktar minn 50 miljun sigarett tal-kutrabandu flimkien ma’ ‘l fuq minn 11,000 kilo droga. Dan ifisser aktar mid-doppju tas-sena l-oħra.

Il-kelliem tal-Oppozizzjoni, Mario Demarco tkellem fuq il-benefiċċji taz-zona Ewropea għall-kummerc ħieles waqt li l-Ministru Edward Scicluna qal li d-Dwana hi involuta wkoll fil-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus u terroriżmu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar