X

Logħba għat-tfal biex jitgħallmu dwar il-ħidma tad-Dwana

Id-Dwana nediet logħba b’xejn għal fuq il-mowbajl. Din sabiex tfakkar il-50 Anniversarju tad-Dwana Ewropea. 

L-għan tal-logħba hija li teduka liż-żgħażagħ dwar ħidmet id-Dwana. Bit-titlu Nothing to Declare(M’għandi xejn x’niddikjara) , il-logħba tmur fi tliet postijiet differenti; il-port, l-ajruport u l-parcel office.

Il-logħba tagħti ċ-ċans li wieħed jieħu l-irwol ta’ Uffiċċjal tad-Dwana li jrid jipprova jwaqqaf dħul illegali jsib l-affarijiet mhux iddikjarati.

Il-logħba tinstab fuq l-Apple App store, Google Play Store,  fuq Amazon Store. Aktar tard din is-sena, il-logħba se tkun tista’ tintlagħab b’lingwi differenti.

Sadanitant, id-Dipartiment tad-Dwana qed isaħħaħ ħidmietu b’għodda u strateġiji ġodda billi daħħal l-ZBV scanner, il-Nuctech x-ray eqiupment u faċilitajiet ġodda tal-iscanning. Il-klieb ukoll ġew imħarrġa biex jindunaw meta jkun hemm ammonti kbar ta’ tabakk u flus.

av :