Barranin
Londra b’taxxa ġdida kuljum għal vetturi li jħammġu

Mil-lum sidien ta’ vetturi li għandhom emmissjonijiet għolja iridu jibdew iħallsu taxxa ġdida kuljum jekk isuqu fl-iktar parti traffikuża ta’ Londra.

Din iż-żona diġà kienet suġġett għal miżata għall-konġestjoni (congestion charge), iżda issa dawk li jużaw vetturi antiki f’din il-parti tal-belt se jkollhom iħallsu wkoll £12.50 kuljum.

Il-vetturi milquta huma muturi ta’ qabel l-2007 li mhumiex konformi mal-istandards Euro 3, karozzi u vannijiet petrol ta’ qabel l-2006 li mhumiex Euro 4, u karozzi u vannijiet diesel ta’ qabel l-2015 li mhumiex Euro 6.

Il-miżata hija ferm ogħla għax-xarabanks u t-trakkijiet, li jekk mhumiex konformi mal-istandards Euro 6, se jkollhom iħallsu £100 kuljum.

Dawn il-miżati ddaħħlu bil-għan li jitnaqqsu l-emmissjonjiet b’45% fi żmien sentejn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fis-sigħat li għaddew reġa’ kien hemm protesti vjolenti fl-Istati Uniti fosthom qrib il-White House, li tqanqlu mill-qtil ta’ George Floyd. Diversi bliet ordnaw lir-residenti biex ma joħorġux mid-djar, iżda ħafna…

Barranin

Kjuwijiet twal barra l-ħwienet li jbigħu x-xorb fl-Afrika t’Isfel, hekk kif mil-lum il-Gvern ippermetta li jerġa’ jibda jinbiegħ l-alkoħol bħala parti mir-rilaxx tal-miżuri li kienu ttieħdu kontra l-imxija tal-Covid-19. L-awtoritajiet kienu…

Barranin

Ir-Reġina Eliżabetta II tal-Ingilterra dehret fl-akwati ta’ Windsor Castle riekba żiemel. Din hi l-ewwel darba li r-Reġina dehret barra minn meta beda l-lockdown fir-Renju Uniti minħabba l-imxija tal-coronavirus. Ir-Reġina li…

COVID-19

Il-kap tal-isptar San Raffaele f’Milan l-Italja, Alberto Zangrillo, qal li klinikament il-virus m’għadux jeżisti fl-Italja. F’intervista mar-RAI huwa qal li l-iswab tests li saru fl-aħħar 10 ijiem urew li l-virus huwa…

Aktar