Lokali
Lord Marland jgħid li l-Commonwealth għamlet passi ‘l quddiem b’Joseph Muscat

Lord Marland, li huwa ċ-Chairman tal-Kunsill tal-Commonwealth għall-Intrapriża u l-Investiment, qal li ċ-CHOGM f’Malta tat spinta lill-Commonwealth.

Meta kien qed jindirizza l-Forum tan-Negozju fl-ewwel jum taċ-CHOGM f’Londra, Lord Marland faħħar it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat u qal li bis-saħħa tiegħu u tat-tim tiegħu l-Commonwealth għamlet ħoss kbir bil-kisbiet li saru f’dawn is-sentejn u nofs meta Malta kellha ċ-Chair-in-Office tal-Commonwealth.

Lord Marland qal li l-Commonwealth bħal donnu reġgħet twieldet bħala forza għall-kummerċ u f’dan il-kuntest qal li dan sar grazzi għall-impenn li wera l-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien fit-tmexxija għal dawn l-aħħar sentejn.

Segwi d-diskors ta’ Lord Marland hawnhekk:

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sqalli ta’ 23 sena minn Tas-Sliema, ġie akkużat li kkawża ġrieħi ħfief lil anzjan u li kiser il-paċi pubblika fi Triq il-Kbira, Birkirkara. Francesco Raffreddato, li qal li jaħdem bħala…

Kronaka

Somalu ta’ 23 sena ġie akkużat li ħebb u hedded bil-mewt lil sidt ta’ ħanut tal-massaġġi fil-Marsa, li serqilha l-mobile u ammont żgħir ta’ flus kontanti. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispetturi Spiridione…

Politika

Fid-dawl tal-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-każ Egrant tal-lum, f’post fuq Twitter, Maria Efimova qalet li se tibqa’ ssostni dak li qalet fil-bidu, minkejja r-riżultati tal-inkjesta. Hija qalet ukoll li kull min…

Aktar