Lokali
Lorry kien dilettant tal-festi u jpoġġi lil familtu qabel kollox – aħbaru tħalli l-ex kolleġi xxukkjati

Ex-kollega u duty manager ta’ Lorry Pulis qasam ma’ TVM id-dieqa tiegħu bl-aħbar tal-mewt tal-koppja Pulis li ħajjithom inħasdet waqt btala fl-Awstralja.

L-ex kollega u ħabib ta’ Lorry qal li l-aħbar ġiet bħal sajjetta fil-bnazzi li ħallietu bla kliem.

Huwa qal li Lorry kien raġel tal-affari tiegħu fuq xogħolu fejn kienu jaħdmu flimkien mal-kumpanija tat-Trasport Pubbliku.

Lorry, qalilna, kien raġel riżervat li xogħlu kien jagħmlu b’reqqa u b’serjetà. Bħal Doreen, Lorry kien jgħożż lill-familja u kien iħobb iqatta l-ħin liberu tiegħu ma’ qrabatu.

Lorry kien ukoll dilettant tal-festi u dejjem kien ikollu tbissima sinċiera fuq wiċċu.

Ara wkoll:

FILMAT: Koppja Maltija tmut f’inċident waqt btala fl-Awstralja

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Amerikan u Messikan li ġew Malta biex jattendu għal tieġ ta’ seħibhom tilfu l-festin wara li ġew arrestati f’San Ġiljan. Eric Arata u Fernandez ġew akkużati li kisru l-paċi pubblika…

Lokali

Ajruplan tal-merkanzija tal-kumpannija DHL ta’ battikata lil madwar 400 ruħ li ngħaqdu flimkien biex jiġbdu dan l-ajruplan b’risq Puttinu Cares. Din l-attività daħlet fir-raba’ sena tagħha, u kull sena ssir…

Infrastruttura

Il-bajja tal-Balluta ngħalqet temporanjament sakemm isir il-monitoraġġ meħtieġ wara li l-maltemp u x-xita fl-aħħar jiem ferqet ir-ramel u dan spiċċa lura fil-baħar. Fi stqarrija l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qalet li flimkien…

Edukazzjoni

L-operaturi tat-trasport fl-iskema ta’ trasport b’xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u indipendenti żdiedu bi 18 oħra. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li l-operaturi tat-traspost telgħu għal 75. Il-Ministeru qal li ser ikun…

Aktar