Kurżitajiet
Lotterija tal-Milied li fiha jirbaħ kulħadd

Fi Spanja, fil-lotterija tal-Milied, magħrufa aħjar bħala El Gordo, kważi kulħad joħroġ rebbieħ.

L-Ispanjoli ħaduha drawwa joħonqu t-toroq tal-pajjiż biex flimkien jiċċelebraw ir-rebħ tagħhom. Iżda kif jista’ jkun li kulħadd jirbaħ il-lotterija?

Is-sena l-oħra l-Ispanjoli nefqu mal- €2.76 biljun f’biljetti tal-lotterija – jiġifieri, kull persuna lagħbet mas-€60. El Gordo tagħti lura 70% mill-qligħ li tagħmel mill-bejgħ tal-biljetti u għalhekk ħafna persuni joħorġu rebbieħa. Minn din il-lotterija ħadd ma joħroġ multimiljunarju iżda ħafna jgawdu minn rebħa monetarja minima.  L-akbar ammont li ntrebaħ f’El Gordo kien ta’ €400,000.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Magician fl-Indja niżel marbut b’katina fi xmara biex jagħmel bħal Houdini, iżda sfortunatament ma reġax tfaċċa, u huwa maħsub li miet. Chanchal Lahiri, magħruf bħala Mandrake, niżel fix-xmara Hooghly, fl-istat…

Lokali

Kienet xena mhux tas-soltu f’Marsaskala meta għadd ta’ papri ntlemħu jaqsmu t-triq minn zebra crossing l-Erbgħa filgħodu. Għalkemm il-papri huma xena komuni f’Marsaskala, normalment jidhru fil-bajja jew fil-magħluq, mhux jaqsmu…

Barranin

Is-siġra li kienet tissimbolizza l-ħbiberija bejn Donald Trump u Emanuel Macron mietet. Din is-siġra kienet tħawlet f’Washington DC f’April li għadda meta l-President Franċiż żar lill-President Amerikan għal diversi laqgħat…

Barranin

Bastiment tas-seklu 19 li kien għadu kemm ġie rrestawrat spiċċa għereq wara li ħabat ma’ vapur tal-kontejners fil-Ġermanja. Fl-inċident, li seħħ fuq ix-xmara Elbe qrib il-belt ta’ Hamburg, għadd ta’…

Aktar