Lokali
Lukanda f’San Ġiljan issa ġġorr l-isem rinomat Marriott wara investiment ta’ €30 miljun

Lukanda ta’ ħames stilel f’San Ġiljan bdiet tilqa’ l-ewwel klijenti tagħha din il-ġimgħa. Il-Malta Marriott Hotel and Spa’ fetħet minflok il-lukanda Le Meridien wara xogħol estensiv ta’ mmodernizzar li sar b’investiment ta’ €30 miljun. Il-lukanda qed timpjega mitejn ħaddiem u se tkompli ssaħħaħ il-kompetittività ta’ Malta fis-suq tal-ospitalità ta’ kwalità għolja.

Għalkemm minn barra baqgħet tingħaraf għal-lukanda li kien hemm qabel, fiż-żewġ faċċati tal-binja distintiva li tagħti għall-bajja ikonika tal-Balluta issa kisbet l-isem rinomat u rikonoxxut internazzjonalment fil-qasam tal-ospitalità, Marriott.

Jingħad li l-ktieb m’għandux ikun iġġudikat mill-faċċata u anke din il-lukanda l-faccata ma tgħidx l-istorja kollha. Kif dħalna ġewwa, intbaħna li l-lukanda m’għadhix tingħaraf minn dik li kienet sena u tliet xhur ilu.

Il-General Manager Alex Incorvaja qalilna li bi ftehim li s-sidien tal-lukanda għamlu ma’ Marriott, sar investiment ta’ tletin miljun ewro biex il-lukanda laħqet il-livelli tal-Marriott.

“We’ve gonna through an extensive renovation, an upgrade to all existing facilities together with the addition of two floors mainly comprising a presidential suite and this executive lounge which we’re standing in”.

Id-dehra ġdida u kontemporanja ġiet fdata f’idejn diżinjaturi u konsulenti internazzjonali. Is-Sur Incorvaja qalilna li dawn sfruttaw kull spazju u ma ħarbilhom xejn fir-rigward ta’ dettalji żgħar li jagħmlu differenza fl-esperjenza ħolistika tat-turist jew negozjant.

Fil-kmamar fihom aspetti lokali u awtentiċi bl-użu ta’ aċċessorji u xogħol artiġjanali Malti minkejja li l-Marriot hija kumpanija multi-nazzjonali b’aktar minn 567 lukanda madwar id-dinja.

Il-lukanda ta’ ħames stilel fiha ħames ristoranti, tliet bars, spa u gym sofistikati, spazji għall-konferenzi u l-avvenimenti, u ovvjament kmamar tas-sodda bil-faċilitajiet kollha li wieħed jistenna minn lukanda ta’ dan it-tip.

“We’ve got a total of 301 rooms now ranging from our standard rooms up to the Presidential Suite, a 150 square metre suite overlooking Balluta Bay and our 200 employees are eager to get working”.

Il-General Manager tal-ewwel Marriott f’Malta qal li l-prospetti għall-kumplament tas-sena huma pożittivi ħafna u l-fatt li l-lukanda se tkun fuq pjattaforma online ta’ Marriott hija opportunità kbira biex il-lukanda u Malta tkun destinjazzjoni għal klijenti ġodda.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed iwissi li r-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Ir-riħ mistenni jilħaq qawwa ta’ forza 6.

Kronaka

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30, raġel Malti ta’ 72 sena nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu. B’dan il-każ ġew infurmati minnufih il-pulizija tad-distrett biex jinvestigaw, u nħatret inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa, kif ukoll inkjesta interna.

Lokali

Tħabbret il-mewt taċ-Chairman tal-Bord tal-Housing Affordabbli,  Joseph Bartolo. Magħruf ukoll bħala l-Isloopy, Bartolo kien ukoll consulent fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Bosta qalu li se jibqgħu jiftakruh bħala riformatur soċjali u bejjiegħ…

Aktar