Barranin
Luttu nazzjonali fil-Portugall wara li nirien ħallew 36 mejta

Il-Portugall iddikjara tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali mil-lum wara li 36 persuna tilfu ħajjithom f’nirien kbar madwar il-pajjiż.

In-nirien, li jgħoddu l-mijiet, qabdu fiċ-ċentru u t-tramuntana tal-pajjiż bejn il-Ħadd u t-Tnejn. In-nar beda bin-nixfa u kompla jinfirex bl-irwiefen mill-uragan Ophelia.

Il-Prim Ministru tal-Portugall, Antonio Costa, qal li dawn huma l-agħar nirien fil-pajjiż sa mill-2006. Stat ta’ emerġenza ġie ddikjarat kważi fuq nofs il-pajjiż.

Intant fi Spanja mietu tliet persuni fir-reġjun Galicia kawża tal-istess nirien.