Lokali
Lydia Abela pożittiva għall-Covid-19

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li martu Lydia rriżultat pożittiva għall-Covid-19 wara test li għamlet minħabba impenji li kellna fil-jiem li ġejjin.

F’post fuq Facebook, il-Prim Ministru qal li Lydia Abela tinsab tajba u ma kellha u m’għandha l-ebda sintomi u t-testijiet tiegħu u ta’ Giorgia Mae rriżultaw fin-negattiv.

Dr Abela qal li dan naturalment, ifisser li bdew josservaw perjodu ta’ kwarantina.

Il-Prim Ministru qal li bis-saħħa tat-teknoloġija se jkompli għaddej b’ħidmietu, inkluż b’laqgħat importanti li għandu fil-jiem li ġejjin.