Kurżitajiet
Ma felaħx jaraha miktuba ħażin fuq ħaddieħor u mar ipenġi biex jirranġa l-iżball

Ġuvni li għandu għal qalbu l-Malti ma felaħx jara tpinġija ta’ raġel miktuba ħażin u ddeċieda jagħmel waħda minn tiegħu.

Ritratt li dar il-midja soċjali ftit tal-jiem ilu b’raġel kburi b’tpinġija friska urtat lil dan il-ġuvni għaliex kelma minnhom kien fiha żball ortografiku.

Għalhekk, il-ġuvni ddeċieda jirrepplika t-tpinġija fuqu nnifsu u jiktibha b’Malti tajjeb.

Għalkemm m’għandu xejn kontra l-BirdLife, huwa qal li għamilha għall-punt biex jaraha miktuba tajjeb.

Aktar tard, b’ċajta tella’ ritratt tiegħu nnifsu l-pixxina fejn bi skantament jinnota li t-tpinġija tiegħu sparixxiet.

Taħseb li wasslu biżżejjed il-messaġġ?

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Kurżitajiet

L-artist anonimu Banksy reġa’ għamel waħda minn tiegħu hekk kif din id-darba, stieden ruħu b’idejh għall-akbar wirja artistika fid-dinja. L-artist rama’ l-aħħar xogħol artistiku tiegħu fit-toroq ta’ Venezja u jidher…

Barranin

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità. Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas…

Barranin

Id-Deputat Prim Ministru Taljan u Ministru tal-Intern Matteo Salvini wera li għadu f’relazzjoni ma’ Francesca Verdini bi stessu li poġġa fuq is-siti soċjali fis-sigħat li għaddew. F’post li tella’ Salvini…

Aktar