Lokali
Ma ħallietx is-siġġu tar-roti jżommha milli tavvanza – iżda xorta għadha ssib l-ostakli

Daniela Mercieca għandha diżabilita’ fiżika izda ma tħallihiex tostakalha milli tikseb dak li trid mill-ħajja.

Taħdem full-time u qed tagħmel degree fil-marketing. Tgħid li kien hemm titjib notevoli fid-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà minkejja li għadha tifaċċja diffikultajiet; bħal fl-aċċessibbiltà għat-trasport pubbliku.

“M’hijiex faċli tuża tal-linja… Allura jkollok bżonn tuża trasport addattat għall-wheelchair, li jiswa ħafna flus,” spjegat Daniela.

F’konferenza bit-tema Mhux kemm Ngħaddi, imma Nirnexxi, iċ-chairperson tal-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, Oliver Scicluna, qal li kien hemm evoluzzjoni fil-mentalità, partikolarment fuq livell leġiżlattiv b’emendi fil-ligi dwar opportunitajiet indaqs.

“Fi tliet oqsma imxejna, fl-edukazzjoni, fejn rajna qabżiet lejn iżjed inklużjoni fl-iskejjel… fl-infurzar tal-liġi tal-impjieg fejn rajna iktar persuni b’diżabilta jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u fejn tidħol l-aċċessibbilta fiżika, għamilna passi żgħar imma kellna fejn nagħmlu ħafna passi ikbar,” fisser Sciciluna.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabbiltà, Anthony Aguis Decelis, wera sodisfazzjon li żdiedu l-persuni b’diżabbiltà li daħlu fis-suq tax-xogħol. Qal li l-Gvern żied il-pensjoni għal min ma jistax jidħol fid-dinja tax-xogħol b’benefiċċji li jitilgħu sal-paga minima u bi programmi li jgħinu lill-individwi jgħixu ħajja aktar indipendenti.

Il-kelliema tal-Oppożizzjoni, Maria Deguara, qalet li jeħtieġ li titneħħa kwalunkwe diskriminazzjoni mal-persuni b’diżabbiltà u saħqet li kulħadd għandu jkun mgħejjun jilħaq il-potenzjal tiegħu jew tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ persuni se jitressqu l-Qorti ikar tard illum b’rabta ma’ attentat ta’ serqa li seħħet fil-ħanut Crystal Palace f’Ħaż-Żabbar ix-xahar li għadda. Skont il-Pulizija, wara investigazzjoni li ilha sejra għal…

Storja

Heritage Malta għaddejja bi studji biex villa Rumana li tinsab fl-inħawi ta’ Għar Dalam terġa’ tiġi skavata mill-ġdid wara 100 sena, bit-tama li jintefa’ dawl ġdid fuq l-istorja ta’ Malta….

Kronaka

Mara dalgħodu sofriet xi ġrieħi wara li sfat imtajra f’Birkirkara. L-inċident seħħ fil-bypass għall-ħabta tad-9.05am. Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-mara ntlaqtet minn vettura li kienet ħierġa minn triq sekondarja għal…

Aktar