Lokali
Ma jfissirx li għax Malta hi pajjiż newtrali għandha tagħlaq għajnejha – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja li Malta hija pajjiż newtrali, ma jfissirx li għandha tagħlaq għajnejha. Huwa qal dan waqt li kien qed iwieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti dwar id-deċiżjoni tal-Gvern li rrifjuta talba tal-awtoritajiet Russi għall-użu tal-ispazju tal-ajru Malti biex itajru ajruplani militari mis-Sirja għal Veneżwela.

Qal li Malta għamlet l-aħjar deċiżjoni anke fi spirtu ta’ sens ta’ solidarjetà internazzjonali.

Il-Prim Ministru wieġeb għadd ta’ mistoqsijiet oħra fosthom dwar il-barranin f’Malta. Huwa spjega li anke, minħabba nuqqas ta’ infermiera u carers jeħtieġ is-servizz tal-barranin. Huwa qal li wieħed irid joqgħod attent milli jidħol l-ispirtu tal-Maltin kontra l-barranin.

Għall-mistoqsija dwar il-kumpanija tal-Air Malta, il-Prim Ministru spjega li l-accounts tal-kumpanija huma awditjati minn kumpaniji internazzjonali u saħaq li m’hemmx indħil min-naħa tal-Gvern.

Ara wkoll:

Il-verżjoni Russa dwar l-ajruplani militari li ma tħallewx itiru fuq Malta

Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan ifaħħar lil Malta għall-pożizzjoni li ħadet dwar l-ajruplani militari Russi

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Saħnu l-irjus fix-Xlendi, f’Għawdex wara li turist ħebb għal xufier ta’ double-decker. L-inċident seħħ ilbieraħ fl-16:00 waqt l-attività tradizzjonali tal-ġosta li sseħħ ta’ kull sena fil-bajja. Mhux magħruf għala t-turist…

Kronaka

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Pietà tilef ħajtu meta waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa ta’ llejla meta l-anzjan instab mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab…

Lokali

Fil-ġranet li ġejjin, l-awtoritajiet tas-saħħa mistennija jagħmlu funeral tal-foqra lil erba’ persuni, li tlieta minnhom għandhom il-karta tal-identità Maltija li ilhom aktar minn xahrejn abbundannati fil-kamra mortwarja. Ma’ TVM, id-Direttur…

Aktar