Qorti
Ma jibqax ħati li ttraffika l-ecstasy għax kien interrogat bla avukat

Raġel li kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li nstab ħati li ttraffika d-droga 15-il sena ilu, kellu l-verdett mibdul mill-Qorti tal-Appell, li ma sabitux ħati tar-reat.

Godfrey Galea ta’ 48 sena kien ġie akkużat li f’Ġunju tal-2003 u fix-xhur ta’ qabel biegħ l-ecstasy, kif ukoll li kellu fil-pussess tiegħu din id-droga f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

F’Ottubru 2015 huwa nstab ħati tal-akkużi mill-Qorti tal-Maġistrati, u kien ikkundannat sitt xhur ħabs u multa ta’ €800. Huwa madanakollu appella mis-sentenza u sostna li ma kellux jinstab ħati għaliex kien ġie interrogat bla avukat.

Il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti, ikkunsidrat li Galea kien inqabad mill-Pulizija bi 23 pillola suspettata ecstasy waqt attività f’Ta’ Qali, iżda dawn il-pilloli qatt ma ġew eżaminati biex ikun stabbilit li kienu tassew ecstasy.

Il-Qorti qieset li l-prosekuzzjoni kienet ħadet passi kontra Galea sitt snin wara li nqabad, u l-uniku prova kontrih kienet l-istqarrija li ta lill-pulizija meta ġie interrogat snin qabel mingħajr assistenza legali.

Il-Qorti tal-Appell għalhekk laqgħet it-talbiet ta’ Galea u lliberatu minn kull ħtija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ilu jperper fuq il-bandiera Maltija iktar minn 70 sena. Għal uħud huwa simbolu li jagħmilhom kburin. Għal oħrajn ma jfisser xejn u għandu jitneħħa. Dan huwa l-George Cross li matul…

Politika

Il-Partit Demokratiku ħabbar it-tieni kandidat għall-elezzjonijiet tal-2019 tal-Parlament Ewropew. Dan huwa Martin Cauchi Inglott, li attwalment qed iservi bħala Segretarju Ġenerali tal-PD, wara li ġie appuntat f’din il-kariga x-xahar li għadda….

Lokali

L-industrija tal-akwakultura s-sena li għaddiet żiedet il-produzzjoni bi 15% għal kważi 15,000 tunnelleta b’valur ta’ kważi mitejn u erba’ miljun ewro. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li aktar minn 83% tal-produzzjoni…

Lokali

Raġel ta’ 54 sena weġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem f’Ta’ Xbiex, f’dak li llum huwa t-tieni inċident f’sit ta’ kostruzzjoni. Il-Pulizija kienet infurmata b’dan il-każ, li seħħ fi…

Aktar