Kurżitajiet
Ma jibqax jintgħaraf u jispiċċa arrestat

Rodrigo Alves, personaġġ televiżiv, magħruf ukoll bħala ”the human Ken doll” spiċċa arrestat f’Berlin.

Alves, li għamel bosta interventi kirurġiċi biex ibiddel id-dehra tiegħu spiċċa arrestat għaliex ma baqax jintgħaraf mir-ritratt tal-passaport.

Alves, li ħa sehem fl-aħħar edizzjoni tal-Grande Fratello għamel b’kollox mat-58 intervent kirurġiku.

Huwa ammetta li bi żball ġarr miegħu l-passaport l-antik iżda rringrazzja l-ambaxxata Ingliża li kienet pronta tipprovdi kopja tal-passaport aġġornat.

Alvez twieled il-Brażil iżda għex il-biċċa l-kbira ta’ ħajtu fl-Ingilterra.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Kurżitajiet

Pippa Middleton u James Matthews saru ġenituri ta’ tifel.  It-tarbija twieldet jumejn ilu fl-Isptar St Mary’s f’Londra, fl-istess post fejn welldet lil uliedha oħtha l-Prinċipessa Kate. Pippa daħlet l-isptar nhar…

Kurżitajiet

Din il-ġimgħa xi ħadd jista’ jkun fortunat jekk jitilgħu n-numri li jagħżel fil-lotterija Amerikana Mega Millions u jirbaħ $654 miljun (ekwivalenti għal €565.5 miljun). Bi premju kbir bħal dan, tista’…

Aktar