Barranin
Ma jieqfux jistaqsuha jekk din hix it-tarbija tagħha

Meta s-sena li għaddiet Ena Miller kellha tarbija, hija ma kinitx qed tistenna kummenti kontinwi dwar id-dehra ta’ bintha. Hija qalet li sa mill-ewwel jum li bintha rat id-dawl, hija kienet iġġudikata minħabba l-kulur tagħha.

Qalet li wara li għaddiet l-ewwel 24 siegħa fit-taqsima tal-kura intensiva, Bonnie reġgħet ingħaqdet magħha għal ftit sigħat sakemm l-ewwel mara li ġiet quddiemha staqsietha jekk it-tarbija kinitx tagħha. L-omm qalet li dak il-ħin stenniet li l-mara kienet se tifirħilha dwar bintha, iżda minflok staqsietha…. imma dik veru t-tarbija tiegħek?

Qalet li t-ton tagħha ssorprendiha u kompla jaħsadha wara li qaltilha li t-tarbija tidher bajda u b’xagħarha lixx.

L-omm żiedet tgħid li dak kien il-mument meta bosta bdew jistaqasuha jekk tabilħaqq kinitx hi omm Bonnie. Qalet li dawn il-kummenti sarulha mhux biss meta kienet qed twelled l-isptar, iżda wkoll waqt il-qadi tagħha, f’restoranti u waqt li kienet qed iżżur lil sħabha. L-omm żiedet tgħid li bintha ħarġet tixbah lill-ġenituri tagħha li t-tnejn huma bojod waqt li bintha Bonnie hija ta’ razza mħallta.

Hija tkellmet ukoll dwar bosta reazzjonijiet li kellha wara li bagħtet ritratt ta’ bintha lill-ħbieb u qrabha tagħha fejn ħafna minnhom dehru wkoll sorpriżi bil-karnaġġjon ta’ bintha u bħal donnhom iddubitaw jekk Bonnie kinitx verament bintha.

Hija tkellmet ukoll dwar episodju iktrah li għaddiet minnu meta raġel tal-istess karnaġġjon taghha ħadha kontriha għax kellha tarbija bajda. Qalet li ma setgħetx tifhem kif raġel tal-istess kulur tagħha kien daqshekk offensiv fil-konfront tagħha. Fil-fatt hija qalet li l-iktar kummenti negattivi li kellha kienu minn nies tal-istess karnaġġjon tagħha u sostniet li qatt ma immaġinat li familji b’razza mħallta kienu jgħaddu minn tant tbatijiet minħabba lsien in-nies.

L-omm temmet tgħid li l-ikbar dispjaċir li għandha hu li ma ddefenditx biżżejjed lill-familja tagħha u żammet kollox ġo fiha.