Qorti
Ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li ppruvaw idaħħlu konsenja sigaretti bil-kutrabandu

James Azzopardi u James Spiteri it-tnejn minn Ħal Qormi u Redeemer Camilleri mill-Marsa tressqu l-Qorti mixlija bl-importazzjoni u l-pussess ta’ sigaretti tal-kuntrabandu. It-tliet irġiel żgħażagħ jinsabu akkużati b’evażjoni ta’ dazju u sisa ta’ madwar €190,000 fuq konsenja ta’ tmien mija u sebgħin elf sigarett.

Quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, Azzopardi waħdu ġie akkużat li kellu dgħajsa mhix reġistrata u li kiser il-kundizzjonijet ta’ ħelsien mill-arrest imposti fuqu f’Lulju li għadda u li sar riċediv.

L-irġiel ġew arrestati lbieraħ fl-inħawi Tal-Fekruna, fil-limiti tax-Xemxija, wara diversi jiem ta’ osservazzjoni mill-Pulizija assistiti mill-Forzi Armati. Abbord id-dgħajsa li kienu fuqha nstabu 4,350 gross sigaretti tal-kutrabandu. Rappreżentant tad-Dwana ppreżenta diversi dokumenti dwar is-sigaretti kkonfiskati.

Fil-Qorti t-tliet akkużati wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi. Il-Maġistrat Farrugia Frendo, ċaħdet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużati.

Ara wkoll:

Arrestati 3 irġiel wara li nqabdu jniżżlu sigaretti bil-kuntrabandu fix-Xemxija

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Sittin tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-istat ta’ Malta u Għawdex ħadu sehem f’attività tal-Brillantini tal-Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat f’Ruma. Permezz tal-iskema ‘Brillantini tal-Kitba’, tfal ta’ disa’ snin,…

Tfal

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li l-Gvern se jressaq emendi fil-liġi tal-addozzjonijiet biex it-tfal addottati jieħdu ċ-ċittadinanza Maltija awtomatikament meta jiġu addottati minn koppji Maltin. Waqt li indirizza l-ewwel konferenza…

Infrastruttura

Fid-dawl tal-inċident li seħħ jumejn ilu f’Gwardamangia, fejn waqgħet blokka appartamenti u ċediet ukoll dar, il-ġeoloġista Dr Peter Gatt qal li l-bini f’Malta se jibqa’ jitfarrak u jiġġarraf. Dr Gatt…

Aktar