Qorti
Ma jinħelisx mill-arrest l-anzjan li spara u darab persuna fix-Xewkija

Anzjan ta’ 87 sena mix-Xewkija tressaq quddiem il-Maġistrat Dr P Coppini mixli li spara tiri u kkaġuna ġrieħi ħfief fuq persuna fl-istess lokalità.

Il-każ imur lura għas-7 ta’ Ottubru meta l-anzjan u raġel ieħor kellhom argument fi Triq is-Salib, fix-Xewkija għall-ħabta tal-10:20am.

L-anzjan tressaq ukoll mixli li għamel diversi ħsarat u li kellu arma fil-pussess tiegħu mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija, fost oħrajn.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ma ingħatax il-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur B.C. Spiteri.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

F’park tal-annimali fl-Imtaħleb is-sidien Christopher Borg u Oksana qisha twieldet tarbija ġdida fil-park, din id-darba l-ewwel ferħ tal-koppja orsijiet Yoggi u Paddy. Yoggi li hija l-ors femminili u Paddy li…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J Scicluna qal li Malta għandha bżonn is-solidarjetà ta’ kulħadd. L-isqfijiet Maltin qed jattendu konferenza f’Bari dwar l-immigrazzjoni u l-paċi fil-mediterran. F’intervista qabel il-konferenza, l-Arċisqof Scicluna qal li…

Unjoni Ewropea

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jfisser mas-sittin biljun ewro inqas fil-Budget li jmiss tal-Unjoni Ewropea li jkopri s-seba’ snin li ġejjin. Il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel qed jipproponi li…

Politika

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tiegħu Edwin Vassallo wera tħassib li fi kliemu għexieren ta’ bdiewa se jiġu żgumbrati mill-għelieqi tagħhom biex issir estensjoni tal-miżbla fil-Magħtab. Huwa qal dan wara l-avviż…

Aktar