Kronaka
AĠĠORNAT: 2 persuni jinqabdu jsuqu taħt l-influwenza tax-xorb

69 persuna ġew imħarrka matul il-lejl li għadda u kmieni dalgħodu fi spezzjonijiet li wettqu l-pulizija mis-sezzjoni tat-traffika u mis-sezzjoni tal-klieb fit-toroq Maltin.

Il-kontrolli saru fil-Furjana, Ħ’Attard, Tas-Sliema, Burmarrad, San Ġiljan, is-Swieqi, ir-Rabat, iż-Żejtun, il-Fgura, San Ġwann u Ħaż-Żabbar.

Fi stqarrija, il-pulizija spjegat li l-persuni ġew imħarrka minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku li jinkludu sewqan mingħajr liċenzja valida, sewqan mingħajr polza tal-assigurazzjoni, sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà, sewqan b’veloċità eċċesiva, dwal mhux skont il-liġi, użu tal-mobile waqt is-sewqan, vetturi bit-tinted glass, vetturi mingħajr numru tar-reġistrazzjoni u sewwieqa tat-transport tal-passiġġieri ma kellhomx il-permessi meħtieġa minn Transport Malta fost diversi ksur ta’ regolamenti oħra.

Kienu 2 persuni biss li nqabdu jsuqu taħt l-influwenza tal-alkoħol. Xufier minnhom ipprova jaħrab meta ġie ordnat biex jieqaf imma twaqqaf ftit wara permezz t’azzjoni immedjata mill-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Matul il-lejl li għadda, Infrastructure Malta poġġiet f’postha l-gverta tal-azzar twila 34 metru tal-pont il-ġdid li se jaqsam minn fuq Vjal l-Avjazzjoni, bejn Ħal Luqa u l-Gudja. Il-kuntratturi ta’ Infrastructure…

Ekonomija u Finanzi

Il-Bank HSBC ħabbar li se jnaqqas 35,000 impjieg fit-tliet snin li ġejjin. Il-bank qal li qed jimmira li globalment inaqqas l-ispejjeż b’aktar minn erba’ biljun ewro sal-2022 filwaqt li jnaqqas…

Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Aktar