Familja
Ma jinsew qatt meta ttawlu minn tieqa u raw lil Daniel l-ewwel darba

Chris u Noel Vella Galea kienu ilhom miżżewġin sentejn, u l-ħsieb li jsiru ġenituri kien iberren f’moħħhom.

Il-koppja Vella Galea ddeċidiet li tieħu parir ta’ aġenzija li tieħu ħsieb l-addozzjonijiet, u wara li qiesu kollox, iddeċidew li jidħlu għaliha.

L-entużjażmu beda jiżdied,u l-koppja Vella Galea attendew kors dwar l-addozzjonijiet. Eventwalment ġew approvati mill-awtoritajiet u bdew jirċievu l-ewwel tagħrif fuq tifel mill-Portugall, li hu l-uniku pajjiż li jippermetti addozzjonijiet minn koppji tal-istess sess.

Ma jinsew qatt il-mument fil-Portugall li ttawlu minn tieqa u raw lil Daniel għall-ewwel darba.

Segwi hawn l-esperjenza ta’ Chris u Noel li xxandret fil-programm Insights: