Barranin
Ma jinstabux ħatja ta’ traskuraġni wara d-diżastru ta’ Fukushima

Tliet uffiċjali għolja ma nstabux ħatja ta’ traskuraġni mill-Qorti tal-Ġappun, fl-uniku każ kriminali marbut mad-diżastru tal-impjant nukleari Fukushima tmien snin ilu.

Meta fl-2011 tsunami laqat l-impjant ta’ Tokyo Electric Power, 18,500 tilfu ħajjithom jew għebu, waqt li 470,000 persuna kellhom jiġu evakwati. Id-diżastru ta’ Fukushima huwa meqjus bħala l-agħar wieħed wara dak ta’ Chernobyl fl-1986.

L-ex Chairman Tsunehisa Katsumata ta’ 79 sena, u l-Viċi Presidenti Sakae Muto ta’ 69 sena u Ichiro Takekuro 73 ta’ sena kienu akkużati li naqsu milli jimplimentaw miżuri wara t-tsunami, bin-nuqqas iwassal għall-mewt ta’ 44 persuna.

Il-prosekuzzjoni argumentat li l-kumpanija kienet ilha mwissija li tsunami tista’ tolqot lill-impjant, iżda kienet naqset milli żżid il-miżuri tas-sigurtà.

Il-Qorti iżda ma laqgħetx dan l-argument, u illiberat lit-tliet uffiċjali. Kieku nstabu ħatja, setgħu jeħlu sa ħames snin ħabs.

Il-kumpanija qed tiffaċċja wkoll kawżi ċivili għall-kumpens minn persuni li allegatament mardu kawża tat-tixrid tal-materjal nukleari.

Ara wkoll:

Il-Ġappun jikkonferma l-ewwel każ ta’ kanċer wara d-diżastru ta’ Fukushima

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ir-Russja qalet li mhix se tippermetti kunflitti bejn il-forzi Torok u Sirjani. Dan hekk kif issuktat l-offensiva mill-armata Torka fit-tramuntana tas-Sirja. Osservaturi qalu li l-irtirar tat-truppi tal-istati Uniti mir-reġjun, li…

Barranin

5 nisa Franċiżi weħlu bejn 5 snin u 30 sena ħabs wara li nstabu ħatja li ppruvaw iqabbdu ”bomba” f’karozza ħdejn il-Katedral ta’ Notre Dame, f’Pariġi. Il-każ imur lura għall-2016…

Barranin

Minn tal-inqas 14-il pulizija nqatlu u tlieta oħra ndarbu f’attakk għall-għarrieda fil-punent ta’ Messiku. Il-pulizija kienu qed iġorru ordni tal-Qorti f’El Aguaje, meta l-konvoj safa’ attakkat. Rapporti qed jgħidu li…

Barranin

L-Istati Uniti ssanzjonaw żewġ ministri Torok u tliet uffiċjali għolja tal-Gvern Tork b’reazzjoni għall-offensiva militari fit-tramuntana Sirjana. Il-Viċi President Mike Pence qal li l-President Donald Trump kellu telefonata mal-President Erdogan…

Aktar