Lokali
Ma jinstabx ħati ta’ pussess u traffikar ta’ kważi kilo eroina fi tmiem ġuri

Martin Dimech ma nstabx ħati unanimament ta’ pussess u traffikar ta’ kważi kilo droga.  Dan hekk kif intemm il-ġuri li beda bħal-lum ġimgħa.  Il-ġurija ħarġu b’verdett ta’ 9-0 wara fil-konfront ta’ Dimech ta’ 57 sena miż-Żejtun li kien qed jiffaċċja żewġ kapi t’akkuża.

Il-każ imur lura għal Mejju tal-2009 meta l-Pulizija kellha suspett fl-akkużat li kien fil-pussess ta’ droga.  Huma fittxew fil-post fejn kien joqgħod u sabu 5 pakketti trab kannella u pakkett paste kannella fi fridges f’garaxx.  Kienu nstabu wkoll miżien u boroż tal-plastik, kif ukoll €725 fil-kartiera tas-sieħba ta’ Dimech u fil-kamra tas-sodda.

Il-ġuri kien qed jinstema’ mill-Imħallef Antonio Mizzi, bil-prosekuzzjoni mmexxija mill-Avukat Lara Lanfranco, filwaqt li għall-akkużat dehru l-Avukati Edward Gatt u Veronique Dalli.

Lejn l-aħħar tal-ġuri, Dr Dalli u Dr Gatt urew il-ħsibijiet tagħhom dwar inkosistenzi tal-provi b’mod partikolari mal-fatt li l-miżien li instab fir-residenza ma ġiex issiġillat qabel ma dan intbagħat għand l-esperti, il-fatt li l-fridges qatt ma ġew elevati mill-post għall-investigazzjoni u l-edba sejba ta’ impronti diġitali fuq il-boroż u d-droga misjuba.

Mix-xhieda tal-Ispettur, irriżulta li ngħataw verżjonijiet differenti quddiem il-Maġistrat inkwerenti u l-Qorti Kriminali, dwar is-sorveljanza li saret fuq Dimech.  B’kawża t’hekk, id-difiża qajjmet mistoqsijiet dwar liema xhieda għandha titqies l-iktar kredibbli: dik li nstemgħet ġimgħa wara l-każ, jew dik li ngħatat disa’ snin wara.

L-Imħallef Antonio Mizzi wissa lill-ġurati li ma jistgħux jinvestigaw il-każ, u jsibu provi oħra li ma jeżistux.

Ara wkoll:

Jibda ġuri dwar droga – disa’ snin ilu nqabad b’kilo eroina

Jasal fi tmiemu l-ġuri ta’ Martin Dimech

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-dislessja – kundizzjoni li tfixkel lill-persuna biex titgħallem taqra minhabba li ma tagħrafx uħud mill-ittri u simboli, hi meqjusa bħala ostaklu fil-proċess edukattiv, għalkemm illum hemm mezz ta’ għajnuna biex…

Annimali

Liġi ġdida qed toffri aktar setgħa fil-ħarsien tal-annimali, partikolarment il-klieb li kienu jinżammu marbutin il-ħin kollu b’katina, billi dan il-kunċett issa hu projbit. Madanakollu, id-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali saħaq li l-klieb…

Statistika

Illum huwa l-Jum Ewropew tal-Istatistika, li qed jiġi ċċelebrat għat-tielet darba. Dan il-jum joħroġ aktar fid-deher il-valur tal-istatistika uffiċjali, li f’Malta tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Tliet snin bogħod mill-akbar eżerċizzju…

Infrastruttura

Simpożju organizzat minn Wirt Iż-Żejtun iffoka fuq l-iżvilupp matul iż-żminijiet tar-raħal Malti, fost l-oħrajn bis-sehem ta’ professur Ingliż, li rriċerka dwar l-irħula Maltin. Fis-simpozju, il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici ħabbar li…

Aktar