COVID-19
“Ma jistax ikollna sitwazzjoni bħal tal-bieraħ, kulħadd barra” – Is-Supretendent tas-Saħħa

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, sostniet li ma jistax jibqa’ jkollna każijiet bħal ma seħħ il-Ħadd, fejn ħafna nies ħarġu barra f’postijiet pubbliċi.

Ilbieraħ ġew immultati 124 persuna wara li nqabdu barra fi gruppi ta’ iktar minn 3. Il-miżura li tippermetti massimu ta’ 4 persuni flimkien u li ma jkunux jgħixu fl-istess dar tidħol fis-seħħ illum.

Prof Gauci qalet li l-iskop tal-awtoritajiet mhux li jwaħħlu l-multi, u hija sfortuna li jkun hemm min ma jobdix, għalhekk appellat lill-pubbliku biex isegwi l-miżuri.

Qalet li meta tirrilaxxa miżuri xorta jkun hemm pjani ta’ kontinġenza u miżuri ta’ mitigazzjoni bħall-ilbies tal-maskri, għax hemm ir-riskju li l-każijiet jiżdiedu.

Fakkret li l-persuni vulnerabbli xorta għadhom ma jistgħux joħorġu barra jew imorru għax-xogħol.

Ara wkoll:

3 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 7 oħra mfejqa

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar