Qorti
Ma jistax jiċċelebra r-rebħa tal-League tal-Belt

Il-Qorti pprojbixxiet lil Bjorn Grima, akkużat li ħaraq l-Ark tal-festa ta’ San Publju, milli jiċċelebra r-rebħ tal-Kampjonat Premier mill-Belt.  Dan wara li l-Avukat Ġenerali appella mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati biex l-imputat ma jibqgħax bil-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti tal-Appell ċaħdet it-talba tal-Avukat Ġenerali meta qalet li mhux il-każ li tordna l-arrest mill-ġdid tal-imputat iżda qalet li l-Qorti talMaġistrati naqset milli timponi ċertu kundizzjonijiet. Għalhekk il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ordnat li Grima ma jitħalliex jiċċelebra r-rebħa tal-League tal-Belt.

Huwa ġie ordnat ukoll li ma jistax joħroġ bejn l-10pm u s-7.30am.

Għall-imputat dehru l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeo Cachia li argumentaw li s’issa l-Qorti m’għandhiex provi konkreti kontra Grima.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Jinħeles mill-arrest ir-raġel akkużat li qered l-Ark ta’ San Publiju bin-nar

 

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Minn għada t-Tnejn, l-ewwel ta’ Ġunju, ser jerġgħu jitħallew isiru l-eżamijiet, kemm prattiċi u tat-teorija, għal-liċenzji tas-sewqan. L-eżamijiet kienu twaqqfu lura f’Marzu minħabba l-imxija tal-COVID-19 u issa ser ikomplu b’għadd…

Lokali

Inkjesta Maġisterjali li nvestigat denunzji li tressqu mill-għaqda Repubblika b’allegazzjonijiet dwar qtil ta’ immigranti, u attentat ta’ qtil ta’ oħrajn ix-xahar li għadda, sabet li dawn ma kinux imsejsa fuq…

Infrastruttura

Il-ħsara fil-parti ta’ fuq tat-telgħa tas-Saqqajja mhix żgħira, b’din l-arterja prinċipali tat-traffiku fir-Rabat jaf ikollha tibqa’ magħluqa għall-karozzi diversi ġimgħat. Għal Infrastructure Malta l-interventi li se jsiru mhumiex sempliċi xogħol…

Ekonomija u Finanzi

Għalkemm minn tmiem il-ġimgħa li għaddiet beda jitbexxa l-bieb biex terġa’ tibda l-attività ekonomika fil-pajjiż, stħarriġ xjentikfu li sar minn Dr Vincent Marmara juri li d-domanda mill-konsumaturi ser tibqa’ kajman…

Aktar