Barranin
Ma jistax jinstab demm għaċ-ċkejkna Zainab marida bil-kanċer

Għaddejja kampanja internazzjonali biex jinstab demm kompatibbli ma’ tifla ta’ sentejn fl-Istati Uniti li qed tiġġieled il-marda tal-kanċer.

Zainab Mughal għandha wieħed mill-iktar tipi ta’ demm rari fid-dinja, li qed jagħmilha dejjem iktar diffiċli biex tieħu l-kura li għandha bżonn.

S’issa ġew ittestjati iktar minn 1,000 persuna, u minnhom tlieta biss kellhom id-demm kompatibbli. It-tobba qed jgħidu li hemm bżonn minn tal-anqas 10 donaturi biex Zainab ikollha d-demm kollu neċessarju tul it-trattament.

Ftit taż-żmien ilu Zainab instab li kellha newroblastoma; tip ta’ kanċer aggressiv li huwa rari, u li jaffettwa l-iktar trabi u tfal żgħar.

Id-demm ta’ Zainab huwa rari għaliex għandu l-antigen ‘IndianB’ nieqes, u l-uniku donaturi li jistgħu jkunu kompatibbli mad-demm tagħha huma ta’ dixxendenza Pakistana, Iranjana, jew Indjana, u jkollhom tip ta’ demm O jew A.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għall-imprenditur Taljan Alberto Vazzoler, li jaħbi €40,000 f’torta ngħejja kienet probabbli waħda mill-agħar deċiżjonijiet li qatt għamel. Dan għaliex mhux biss il-flus spiċċaw maħruqa fil-forn meta s-sieħba sabet l-istrudel u…

Barranin

F’Kalifornja, David u Louise Turpin weħlu għomorhom il-ħabs wara li nstabu ħatja li rabtu, ittorturaw u qaflu lit-13-il wild tagħhom. Il-każ imur lura għas-sena l-oħra meta tifla tal-koppja Turpin, li…

Barranin

Il-Pulizija Irlandiża ppubblikat filmati minn kameras tas-sigurtà li juru l-mumenti qabel inqatlet il-ġurnalista Lyra McKee ta’ 29 sena nhar il-Ħamis li għadda. Mc Kee, li kienet qed tirrapporta minn Derry,…

Aktar