Qorti
Ma jistgħux jgħidu biex qalgħu d-daqqa – rashom tfarrket biċċiet

Fil-Qorti llum kompliet il-kumpilazzjoni dwar il-qtil doppju ta’ Maria Lourdes u Angele Bonnici f’Ħal Għaxaq.

Tkellemet illum fil-Qorti l-esperta tal-forensika, Marie Therese Camilleri li tat dettalji dwar il-ġrieħi li sofrew il-vittmi.

Camilleri qalet li l-bint u l-omm sofrew ġrieħi ta’ natura gravi f’rashom kemm minħabba t-tiri li sparalhom Joseph Bonnici kif ukoll minħabba daqqiet oħra li qalgħu f’rashom. L-esperta kkonkludiet li l-omm u l-bint qalgħu daqqa f’rashom b’xi ħaġa tqila. Meta ġiet mistoqsija biex setgħu qalgħu d-daqqa, l-esperta qalet li ma setgħetx tgħid billi l-ġrieħi tant kienu estensivi li rashom tfarrket biċċiet.

Il-każ imur lura għal Marzu li għadda meta l-omm u l-bint ġew irrappurtati nieqsa u nstabu midfuna f’għalqa fl-istess lokalità ftit tal-jiem wara. Joseph Bonnici li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ ommu u oħtu, qed jiċħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Bonnici qed jiġi akkużat ukoll li ħeba l-vittmi mix-xena tal-qtil, li għamel rapport falz lill-pulizija u li uża arma modifikata mingħajr liċenzja fost oħrajn.

Għall-imputat qed jidher l-Avukat Franco Debono.

Il-każ ikompli jinstema’ fid-29 ta’ Lulju.

Aħbarijiet Oħra
TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Aktar