Barranin
Ma jitħallewx ħdejn binhom li kien qed imut minħabba żball tal-kunsill ta’ York fl-Ingilterra

Ġenituri ta’ tarbija li kienet qed tmut ingħataw ftit ħin biex iqattgħu l-aħħar mumenti mat-tarbija. Dan minħabba żball li ħadu s-social workers fl-Ingilterra.

Wara investigazzjoni li saret il-ġenituri tpoġġew taħt superviżjoni stretta mill-Kunsill tal-York. Din id-deċiżjoni wasslet biex meta l-ġenituri jkunu maġenb it-tarbija jkun hemm xi ħadd magħhom.  Aktar tard huma nħelsu mill-akkuża, bil-Kunsill jitlob appoloġija u jħallas lill-familja £2,000 b’kumpenns għall-inkwiet li kkawżalhom.

Il-Kunsill tal-York wasal għal din id-deċiżjoni wara li t-tarbija ttieħdet l-isptar minħabba li kellha problemi fin-nifs u t-tobba rawlha ġrieħi mal-kustilji. Il-ġenituri qalu li dawk jistgħu jkunu minħabba interventi mediċi li binhom għamel għax kellu diversi kundizzjonijiet ta’ mard. Għalkemm il-ġenituri spjegaw li dawn setgħu kienu kkawżati fi sptar ieħor, huma tpoġġew taħt superviżjoni b’kawża li ma setgħux iqattgħu ħafna ħin maġenb it-tarbija. Is-social workers ħarġu care order oħra fuq iż-żewġt itfal l-oħra tagħhom fejn kellhom imorru għand in-nanniet.

Minħabba li kellhom ikunu akkumpanjati minn xi qarib jew infermier (li mhux dejjem setgħu jkunu hemm) kellhom ċans ta’ ftit sigħat ħdejn it-tarbija.

L-investigazzjoni sabet li anke meta saħħet it-tarbija marret lura, is-social workers ma ċedewx anke jekk il-Kunsill qal li r-riskju li jweġġgħu lit-tarbija kien żgħir. Ir-rapport jgħid li s-social workers ma resqux darba lejn l-isptar biex jaraw l-affarijiet b’għajnejhom.

11-il ġimgħa wara li miet binhom, il-Kunsill waqqa’ l-care order u b’hekk iż-żewġ ulied l-oħra setgħu jmorru lura għand il-ġenituri. Għalkemm il-feriti li kellha t-tarbija ma setgħux jiġu spjegati, il-Qorti saħqet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-ġenituri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Larry, il-qattus li jgħix fil-bini tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru tar-Renju Unit – 10 Downing Street – illum seraq l-attenzjoni tal-cameramen u l-fotografi miġbura quddiem il-bini u wera li m’għandek taqta’ qalbek…

Barranin

Tfajla ta’ 16-il sena mis-Sudan t’Isfel inbiegħet b’irkant fuq Facebook biex il-ġenituri tagħha jkollhom dota x’jagħtuha ladarba tiżżewweġ.  Il-Facebook spiċċa kkritikat bl-aħrax għall-użu barbaru tat-teknoloġija li ħalla l-bejgħ ta’ tfajla…

Barranin

Bosta persuna li kienu f’lift fil-belt Amerikana ta’ Chicago ħasbu li se jmutu meta waqgħu 84 sular. Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa filgħodu fi skyscraper li kien magħruf bħala ‘John Hancock…

Barranin

Madeleine McCann jista’ jkun għadha ħajja u qed tinżamm f’xi kantina taħt l-art mingħajr m’għandha idea hi min hi. Dan skont David Edgar, eks kap tal-Pulizija Amerikana li kien għamel…

Aktar