Ma jitħalsux €2.5 miljun f’ċitazzjonijiet ta’ żewġ kumitati reġjonali

Terz taċ-ċitazzjonijiet tal-kumitat tar-reġjun tan-Nofsinhar u l-kumitat tax-Xlokk ta’ Malta ma tħallsux.

Waqt it-tieni laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika, dwar ir-riforma tas-sistema tal-infurzar lokali, s-Segretarju Parlamentari Josè Herrera qal li minn €3.5 miljun f’ċitazzjonijiet validi li ħareġ il-kumitat tar-reġjun tan-Nofsinhar ta’ Malta, ma tħallsux €1.2 miljun.

Minn €4.4 miljun f’ċitazzjonijiet validi li ħareġ il-kumitat tar-reġjun tax-Xlokk ta’ Malta, ma tħallsux €1.3 miljun.

Qal li b’kollox tul iż-żmien, il-ħames kumitati reġjonali ġġeneraw €48.2 miljun f’ċitazzjonijiet u minnhom baqgħu ma nġabrux €5.6 miljun.