Knisja Maltija
AĠĠORNAT: Diżgwit fuq kwadru tad-Duluri fil-knisja ta’ Ħal Kirkop

L-Għaqda Mużikali San Leonardu u s-Soċjetà Mużikali San Ġużepp mhux jaqblu dwar deċiżjoni tal-Kurja li jinbidel kwadru tas-seklu 18 fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop ma’ kwadru ieħor ġdid.

Fi stqarrija l-banda ta’ San Leonardu qalet li d-deċiżjoni tal-Kurja biex tibdel il-kwadru tad-Duluri ma’ kwadru tal-mewt ta’ San Ġużepp ittieħdet wara talba li saret mill-Fratellanza ta’ San Ġużepp.

Il-banda spjegat li l-kwadru tad-Duluri sar minn Francesco Zahra, u huwa marbut mad-devozzjoni lejn id-Duluri u l-oriġini ta’ dan l-altar. Dan il-kwadru ntqal li se jkun qed jittieħed f’kappella, b’konsegwenza li l-knisja titlef l-iktar pittur ċelebri minn fost il-kwadri tagħha.

Żiedet tgħid li huwa inaċettabbli li kwadru jitneħħa mill-kuntest tiegħu u jinbidel daqslikieku kien sett purtieri. Il-banda ta’ San Leonardu qalet li din id-deċiżjoni hija ta’ ħsara għall-ħidma li saret matul l-aħħar snin biex ittejjeb ir-relazzjoni bejn iż-żewġ baned f’Ħal Kirkop.

Sadanittant, is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp qalet li l-banda rivali qatt ma kkundannat it-tneħħija tal-pitturi tal-Kruċifissjoni u ta’ Santa Marija biex l-istatwa titulari jkollha niċċa kbira.

Żiedet tgħid li l-Knisja filjali tal-Lunzjata hija miżmuma tajjeb u miftuħa saħansitra iżjed mill-Knisja Parrokkjali. Barra minn hekk, din il-Kappella sservi wkoll bħala l-mużew tal-Parroċċa, għaliex fiha jinsabu kkonservati dawk l-opri kollha li tneħħew.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar