Qorti
Ma kienx jaf li daħal jisraq f’dar ta’ pulizija…sab uffiċjal ma’ wiċċu u spiċċa arrestat fuq il-post

Somalu ta’ 23 sena spiċċa arrestat fil-post minn pulizija, li sab lis-Somalu ma’ wiccu waqt li daħal jisraq mid-dar tieghu.

Il-każ seħħ kmieni l-Erbgħa filgħodu waqt li l-familja tal-Pulizija kienet rieqda fir-residenza tagħhom f’San Ġiljan. Wara li sab ruħu wiċċ imb wiċċ mal-uffiċjal tal-pulizija, is-Somalu pprova jirreżisti iżda ġie arrest fuq il-post.

Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, Bashir Abdulahi Ahmed ġie akkużat ukoll li huwa riċediv u li jgħix ħajja ta’ vagabondaġġ u li jkun xurban. Huwa ċaħad l-akkużi kontrih, bil-qorti tordna li jibqa’ arrestat.