Barranin
Spanja: Ma kinitx ikla li kielet fl-iprem restorant għax mietet avvelenata

Mara mietet u 28 persuna oħra qed jingħataw kura wara li sofrew minn avvelenament bl-ikel li kielu minn restorant prim (Michelin) fil-Lvant tal-belt Spanjola ta’ Valencia.

Il-mara ta’ 46 sena spiċċat ma tiflaħx wara li kielet fir-restorant Riff.  Hija kienet fil-kumpanija ta’ żewġha u binhom.  Hija mietet il-Ħadd li għadda, filwaqt li żewġha u binha għadhom qed jirkupraw mill-avvelenament.

L-awtoritajiet tas-saħħa s’issa ntraċċaw 75 persuna li kielu fl-istess restorant bejn it-13 u s-16 ta’ Frar u kkonfermaw li kien hemm 29 każ ta’ avvelenament tal-ikel.

Fi stqarrija, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bl-eċċezzjoni tal-mara li mietet, min ġie avvelenat bl-ikel kellu sintomi ħfief.  Qalu wkoll li l-uffiċċjali għas-sigurtà tal-ikel żaru r-restorant fit-18 ta’ Frar u ma sabux spjega ta’ kif il-klijenti ġew avvelenati.

Ittieħdu kampjuni tal-platti li ġew servuti lill-klijenti tar-restorant biex isiru testijiet mill-Istitut Nazzjonali tat-Tossikoloġija.  Kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa f’Valencia ma xtaqitx tikkummenta dwar rapporti li qed iwaħħlu f’xi speċi ta’ faqqiegħ li aktarx ikkawża l-avvelenament fl-ikel tar-restorant.

Il-kok tar-restorant qed jikkollabora mal-Pulizija fl-investigazzjonijiet li qed jagħmlu b’rabta ma’ dan il-każ.  Ir-restorant għandu stilla Michelin u kien meqjus bħala wieħed mill-iprem, bi kċina innovattiva li tuża prodotti lokali u menus interessanti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel li tela’ mat-Torri Eiffel fi Franza llum waranofsinhar ħoloq paniku sħiħ, hekk kif it-torri nnifsu kellu jiġi evakwat u t-toroq tal-madwar ingħalqu. Qed jingħad li r-raġel daħal fit-torri b’mod…

Barranin

Il-President il-ġdid tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, ħabbar elezzjoni Parlamentari bikrija waqt iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra tiegħu. Fiċ-ċerimonja f’Kiev, il-President Zelensky qal li qed ixolji l-Parlament. Qal li l-prijorità ewlenija tiegħu hija li…

Barranin

Tfajla ta’ 19-il sena fl-Italja qed tinżamm arrestata wara li qatlet lil missierha ta’ 41 sena, li kellu storja twila ta’ vjolenza domestika. Il-qtil possibilment se jitqies bħala wieħed ta’…

Barranin

Ħafna mix-xorb mimli biz-zokkor ma tantx għandhom xi valur nutrittiv u fihom ħafna kaloriji.  Għaldaqstant għandhom effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem. Studju ġdid juri r-rabta li teżisti bejn ix-xorb mimli…

Aktar