COVID-19
Ma nħallux Jum l-Omm ikun il-kaġun li npoġġu lill-ommijiet tagħna fil-periklu

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci filwaqt li stqarret li nhar il-Ħadd li ġej huwa jum għażiż u mistenni għax jiġi ċċelebrat Jum l-Omm, saħqet li l-isbaħ rigal li nistgħu nagħtu lill-ommijiet anzjani u vulnerabbli hu li nkomplu nipproteġu saħħithom.

Appellat biex jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, minflok jiltaqgħu għall-ikla ta’ nofsinhar, u r-rigali jgħadduhom b’mezzi oħra.

“Ejja ma jkunx Jum l-Omm li jpoġġi lill-ommijiet vulnerabbli f’pożizzjoni li naggravawlhom is-saħħa tagħhom,” qalet il-Professur Gauci.

Aħbarijiet Oħra

L-Aġenzija li tmexxi l-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment issospendiet il-liċenzja lill-kumpanija BT International. Is-sidien tal-kumpanija hija Nexia BT, li d-diretturi tagħha kellhom l-assi friżati b’ordni tal-Qorti nhar it-Tnejn bħala parti minn investigazzjoni…

Issuktat fil-Qorti l-kawża li qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fejn qed jitlob li jitħassar il-kuntratt ta’ Vitals Global Health Care għat-tmexxija ta’ tliet sptarijiet pubbliċi. Fi tmiem is-seduta, Dr…

Taljan ta’ 50 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident fil-Gżira. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq Dr Ġuże’ Miceli għall-ħabta tas-1.15pm. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn irriżulta…

Il-Gvern ħabbar li dalgħodu, grupp ta’ immigranti ġew rilokati minn Malta lejn Franza wara ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi maħsub biex inaqqas mill-piż tal-immigrazzjoni. TVM infurmat li l-grupp ta’ dalgħodu kien…

Aktar