Lokali
Ma nħossnix komda li mara titpoġġa fil-Parlament mingħajr ma ġiet eletta – Marlene Mizzi

Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista, Marlene Mizzi qalet li ma taqbilx mal-kwoti u li persuna tingħata kariga jew titla’ fil-parlament sempliċiment għax hi raġel jew mara.

Waqt il-programm Ras imb ras, Marlene Mizzi saħqet li temmen fil-meritokrazija u persuna għandha tintgħażel fuq il-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħha.

Għaldaqstant minflok il-kwoti fl-elezzjonijiet, hija ssuġġeriet li l-poplu jkollu lista aħjar ta’ nies li jikkontestaw, li din tkun tinkludi aktar nisa. Saħqet li ma tħosshiex komda li mara titpoġġa fil-Parlament b’mod artifiċjali mingħajr ma ġiet eletta.

Sabiex aktar nisa jitħajru jidħlu fid-dinja politika, Marlene Mizzi qalet li fost l-oħrajn il-ħinijiet tal-Parlament għandhom jinbidlu għal filgħodu. Fakkret li anke llum il-ġurnata, il-mara għadha tidher f’għajn is-soċjetà bħala l-persuna responsabbli mit-tfal. Spjegat li bil-ħinijiet tal-Parlament waranofsinhar qed tkun diffiċli għal mara biex tlaħħaq. Hija ssuġġeriet ukoll biex ikun hemm child care center fil-Parlament.

Matul il-programm, li se jixxandar illejla, Marlene Mizzi titkellem ukoll dwar l-esperjenza tagħha fil-Parlament Ewropew kif ukoll x’wassalha biex ma tikkontestax għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Il-programm Ras imb ras ma’ Marlene Mizzi se jixxandar illejla fis-7.30pm.

Biex issegwi l-aħħar programmi ta’ Ras imb ras tista’ tidħol hawn.

Ras imb ras jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm.

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-BirdLife Malta bdiet proġett ta’ riċerka dwar il-passa tal-gamiem. Qalet li fir-rebbiegħa li għaddiet permezz ta’ ċippa li tpoġġiet fuq tliet gamiem saret taf li tnejn minnhom waslu lura fl-Ewropa…

Kronaka

Il-Korp tal-Pulizija qed jiċħad li ngħatat ordni lil xi uffiċjal tal-pulizija biex jagħmel kuntatt ma’ persuna jew persuni li jmexxu paġna fuq il-midja soċjali biex ineħħu l-filmat ta’ kuntistabbli fuq…

Lokali

L-Aġent Kummissarju tal-Pulizija ntalab jinvestiga filmati minn dashcams li allegatament juru l-vettura tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina jinjora l-ordnijiet tal-pulizija tat-traffiku u jostakola korozza li kienet skortata mill-pulizija. Il-każ allegament seħħ…

Aktar