Politika
“Ma nikkomunikax ma’ Keith Schembri” – PM

It-tieni ġurnata sħiħa ta’ xogħol għall-Prim Ministru Robert Abela bdiet ftit tard mal-għodwa billi sa nofs il-lejl kien għadu fil-Berġa ta’ Kastilja biex ikkonkluda l-kabinett tiegħu. Qabel daħal Kastilja waqaf ikellem grupp ta’ tfal mill-iskola tal-Imqabba u stedinhom jidħlu miegħu fl-uffiċċju waqt li wieġeb ukoll għal domandi tal-ġurnalisti. Kien kategoriku dwar Keith Schembri u qal li miegħu ma jikkomunikax.

Il-Prim Ministru Robert Abela beda t-tieni ġurnata tiegħu f’Kastilja ma’ grupp ta’ studenti mill-iskola primarja tal-Imqabba li nzertaw fi pjazza Kastilja malli wasal ftit qabel l-għaxra ta’ filgħodu. Huma kienu mal-għalliema tagħhom jagħmlu proġett tal-Istudji Soċjali. Kif lemaħhom mill-karozza, il-Prim Ministru mar dritt fuqhom u stedinhom jidħlu jaraw il-berġa ta’ Kastilja.

Qabel daħal l-uffiċċju, il-Prim Ministru ġie mistoqsi dwar il-mobile ta’ Keith Schembri wara li ġie rappurtat li app indikat li jumejn ilu l-mobile tiegħu li kien allegament mitluf, kien attivitat.

“‘Daħlu fl-istess ħin fuq tip ta’ messenger’ – miniex infurmat, miniex infurmat li huwa hekk. Tkellimt ma’ Keith Schembri? Ma’ Keith Schembri assolutament li le. ‘Mhux se titlob spjegazzjoni?’ Mingħand Keith Schembri? Ma tarax. Jiena ma nikkomunikax ma’ Keith Schembri.”

Dr Abela ġie mistoqsi dwar il-pożizzjoni tiegħu fuq tliet deputati tal-Grupp Parlamentari Laburista li dwarhom għaddejja inkjesta. Wieġeb li din mhix investigazzjoni kriminali imma inkjesta biex tistabilixxi l-fatti u jinġabru l-provi jekk ikun hemm.

“S’issa hemm allegazzjoni biss. Jien ma nistax għal kull darba li tidħol allegazzjoni nieħu deċiżjonijiet li naħtar jew ma naħtarx Minsitru. Investigazzjoni kriminali tinbeda mill-pulizija.”

Żied jgħid li jekk l-inkjesta maġisterjali tikkonkludi li prima face hemm raġunijiet biżżejjed biex jittieħdu proċeduri kriminali kontra xi ħadd, il-pożizzjoni tinbidel.

Kien mistoqsi wkoll dwar il-pożizzjoni tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat li ntqal qed ikun investigat mill-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni dwar allegat rigali li rċieva.

“Rigward il-pożizzjoni ta’ Joseph Muscat ejja naraw ikollux kariga eżekuttiva l-ewwel u wieħed jimxi minn hemmhekk. Għax naħseb hija ftit prematura qisek qed tikkonkludi li se jkollu kariga fl-eżekuttiv.”

Il-Prim Ministru qal li bid-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet li qed jieħu, se jkun qed jindirizza l-governanza tajba.

Ara x’qal il-Prim Ministru f’dan il-filmat:

Aħbarijiet Oħra

B’rabta mal-irvell tal-bieraħ fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi, wara nofsinhar il-Pulizija ressqet il-Qorti lil Darren Bonello ta’ 30 sena li jgħix f’San Pawl il-Baħar u xlietu bl-attentat ta’ qtil ta’…

Il-kumpanija għall-immaniġġjar tal-iskart, Wasteserv, qalet li qed iżżid l-isforzi biex il-pajjiż itejjeb ir-rata tar-riċiklaġġ. Wara l-akbar esportazzjoni f’seba’ snin ta’ fdalijiet ta’ ħġieġ, fil-landfill tal-Għallis bħalissa għaddejja operazzjoni kbira biex…

Sean Grech ta’ 26 sena mis-Siġġiewi ġie mixli li kkaġuna ġrieħi ħfief lit-tfajla tiegħu. Iż-żagħżugħ, li hu wkoll missier, ġie mixli li bl-imġieba tiegħu kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza…

Ħmistax-il ġurnata ‘l bogħod mill-elezzjoni għall-kap tal-Partit Nazzjonalista, iż-żewġ kandidati – Adrian Delia u Bernard Grech – qalu tagħhom dwar ir-rapport ta’ due diligence li sar dwarhom u li ġie…

Aktar