Barranin
“Ma nistax nieħu nifs” – L-FBI tinvestiga l-mewt ta’ raġel wara li ġie arrestat f’Minnesota

L-FBI se tinvestiga l-qtil ta’ raġel iswed fl-istat Amerikan ta’ Minnesota wara li ħareġ filmat juri pulizija għarkubtejh fuq għonq ir-raġel.

Fil-filmat ta’ 10 minuti, ir-raġel li x’aktarx għandu fuq l-40 sena, jinstema jokrob u jgħid repetutament lill-pulizija ta’ karneġġjon abjad, “Ma nistax nieħu nifs.”

Fil-filmat li tellgħatu fuq Facebook, ċittadina Amerikana li kienet għaddejja minn fejn seħħ il-każ, jinstemgħu ukoll in-nies jgħajtu biex il-pulizija jqum minn fuqu meta deher li ntilef minn sensih.

Id-Dipartiment tal-Pulizija f’Minneapolis qal li kien qed jassisti fuq rapport ta’ reat. Id-Dipartiment stqarr li r-raġel li jidher fil-filmat miet it-Tnejn wara “inċident mediku f’konfront mal-pulizija.” Huwa kien suspettat li wettaq frodi.

Dan il-każ huwa simili għal dak li fih kien involut raġel ieħor iswed, Eric Garner li miet meta kien arrestat fl-2014. Garner kien inqabad minn għonqu u wkoll kien repetutament lissen il-kliem “Ma nistax nieħu nifs.”

Il-frażi saret l-għajta tal-attivisti li pprotestaw kontra l-allegat brutalità tal-pulizija kontra persuni ta’ karnaġġjon skur fl-Istati Uniti.

 

Aħbarijiet Oħra

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Wara l-Paradise Papers, il-Panama Papers, Swiss Leaks u Lux Leaks, issa ġew żvelati l-FinCen files, li juru kif banek kbar, fosthom l-HSBC, ħallew lil kriminali jitrasferixxu flushom madwar id-dinja. Il-FinCEN…

Il-konsulent xjentifiku tal-Gvern tar-Renju Unit wissa li sa nofs Ottubru, fil-pajjiż jista jkun hemm mal-50,000 każ ġdid ta’ coronavirus kuljum. Sir Patrick Vallance qal li sa xahar wara, dan iwassal għal…

Aktar