Solidarjetà
“Ma, nixtieqek li tkompli taħdem fil-volontarjat” – Jerome Frendo

Dawn kienu wħud mill-aħħar kliem taż-żagħżugħ Jerome Frendo. Qabel ma tilef il-battalja mal-kanċer sentejn ilu, Jerome qal ‘l ommu, Josette, li xtaqha tkompli tmidd idejha fil-qasam tal-volontarjat.

Il-ħajja mimlija tlajja’ u nżul. Mhux dejjem kollox ward u żahar. Kulħadd għandu xi salib xi jġorr.

Madanakollu, Jerome kien dejjem wiċċu għad-dawl, anki meta kien muġugħ, u kellu kuraġġ liema bħalu biex ikompli għaddej bil-ħajja qisu xejn mhu xejn.

Mindu Jerome ħalliena, il-familja tiegħu kompliet fuq il-passi tiegħu. It-tama u d-determinazzjoni taż-żagħżugħ baqgħu jidwu fil-qraba tiegħu, tant li waqqfu l-fondazzjoni ‘Smiling with Jerome’ bil-għan li jxerrdu dak l-istess spirtu pożittiv li tant ikkaratterizza lill-ġuvni.

Josette Frendo, omm Jerome, spjegat li l-fondazzjoni f’dawn l-aħħar jiem nediet dawk illi jissejħu ‘basktijiet ta’ tama’. Liema basktijiet qed jitqassmu b’xejn u huma maħsuba biex jgħinu lill-pazjenti milquta mill-marda kiefra tal-kanċer.

Is-Sinjura Frendo qalet li l-basktijiet fihom oġġetti li jgħinu lil dak li jkun jaljena ruħu waqt li jkun qed jieħu l-kimoterapija.

Jekk inti tixtieq li tkun involut, tgħin jew issir taf aktar dwar ‘Smiling with Jerome’, tista’ tagħmel dan billi żżur il-paġna ta’ Facebook tal-fondazzjoni, jew minn dan is-sit: https://smilingwithjerome.com/

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żewġ studenti tal-Junior College, Marie Therese Pavia u Aidan Gauci ħadmu fuq produzzjoni awdjo-viżiva bħala parti mill-kampanja Young Reporters for the Environment (YRE) bil-għan li jqajmu għarfien dwar il-ħamrija fil-gżejjer Maltin. Il-ħamrija…

Aktar