Lokali
Ma nkiser ebda dritt ta’ Mario Portelli meta l-Pulizija ħaduh Monte Carmeli – investigazzjoni

Mill-investigazzjoni li saret dwar il-każ ta’ Mario Portelli ħareġ li ma nkisrux id-drittijiet tiegħu u li l-Pulizija aġixxew skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali meta ġie arrestat fid-dar tal-ġenituri tiegħu biex ittieħed l-Isptar Monte Carmeli fi Frar li għadda.

Dan ħareġ mir-rapport tal-bord ta’ investigazjoni maħtur mill-Kummissarju tas-Saħħa Mentali li l-konklużjonijiet tiegħu ġew ippubblikati fi tweġiba mogħtija mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wara domanda parlamentari li saret mill-Whip tal-Gvern Byron Camilleri.

Dr Fearne qal li għalkemm intemmet l-investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ, ma jistax jippubblika r-rapport sħiħ minħabba li fih dettalji mediċi u personali tal-persuna in kwistjoni.

Madanakollu, Dr Fearne ikkwota l-konklużjoni tar-rapport kelma b’kelma li fiha jingħad dan li ġej:

“Having taken all the evidence in consideration, the Board does not consider that Mr Portelli’s rights as a mental health service user were breached during the period indicated for investigation. The Police acted under Article 44(4) of the Mental Health Act. The admission process was effected through a first medical assessment at Mater Dei Hospital and subsequently completed with a second specialist assessment effected within 24 hours of admission at Mount Carmel Hospital.”

Il-każ tal-ex uffiċjal tal-Pulizija Mario Portelli qajjem reazzjoni minħabba li hu xandar dirett l-arrest tiegħu b’mod dirett fuq Facebook, filwaqt li l-Alleanza għas-Saħħa Mentali (A4MH) uriet tħassib u talbet għal investigazzjoni fil-mod kif ġie arrestat Portelli.

Il-ġenituri ta’ Mario Portelli, b’ittra bl-avukat, qalu li binhom jinsab taħt gwida medika u li f’kull ma għamlu huma u l-Pulizija sar skont il-liġi u skont l-aħjar prattika professjonali fiċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.

Ara wkoll:

Il-ġenituri ta’ Mario Portelli jgħidu li kulma għamlu ma’ binhom sar skont il-liġi

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar